JIBDEW JINTLAQGĦU L-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL GĦOTJA GĦAL XIRI TA' SISTEMI GĦALL-UŻU DOMESTIKU LI JNAQQSU L-UŻU TAL-ENERĠIJA JEW JAGĦMLU UŻU TAL-ENERĠIJA MINN SORSI RINOVABBLI
| Bħala parti minn sensiela ta’ miżuri ntiżi biex | jiffaċilitaw il-bidla tal-familji Maltin lejn sistemi li jiġġeneraw enerġija nadifa kif ukoll lejn apparat li jiffrankaw l-użu tal-enerġija, il-Gvern illum ħabbar numru ta’ skemi biex jgħinu f’dan it-tip ta’ investiment. |
| Skont kif tħabbar fil-Baġit għal din is-sena, | l-iskema għal xiri ta’ sistemi għall-użu domestiku tapplika għal xiri ta' solar water heaters, panelli fotovoltajċi, materjal ta' insulazzjoni għas-sħana tal-bjut jew għal twieqi jew bibien double-glazed. L-applikazzjonijiet għall-għotjabdew jintlaqgħu fl-uffiċċji tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi millum it-Tnejn, 16 ta' Frar. |
| Dawn l-iskemi, kif imħabbar fil-Baġit, qed | jinħadmu fuq bażi ta’ first-come first-served, “u għandhom jintrabtu mal-qafas ħolistiku tal-kampanja Switch, favur l-aħjar użu tal-enerġija,” qal is-Segretarju Parlamentari Chris Said. |
| Huwa u jindirizza l-konferenza stampa, | il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech ħabbar il-bidu ta’ tliet skemi, li se jkunu jikkonsistu kif ġej: |
1. €2 miljun ewro għax-xiri ta’ solar water heaters. Kull familja se tingħata lura nofs l-ispejjeż lura sa massimu ta’ €460. Dan ifisser li se jibbenefikaw madwar 4500 familja;
2. €500,000 għal skema li tirrifondi 50% tal-investiment f’pannelli fotovoltajċi sa €3,000. Minn din l-iskema se jibbenefikaw madwar 200 familja; u
3. €300,000 għal skema li tgħin fl-insulazzjoni tal-bjut u x-xiri ta’ ħġieġ double glazing. Din l-iskema għandha tirrifondi 33% lura sa massimu ta’ €300. Minn din l-iskema se jibbenefikaw madwar 1,000 familja.
| Il-Ministru Tonio Fenech spjega li dawn | il-miżuri huma parti minn sensiela ta’ miżuri ambjentali u qed jitħabbru ftit wara li inċentivi simili, li jammontaw għal €10 miljun tħabbru wkoll għall-industrija. Huwa fakkar li permezz tal-Baġit 2009, il-Gvern investa €142 miljun bil-għan li jkollna pajjiż b’ambjent aktar nadif, li jagħmel anqas ħsara għal saħħitna u li jkollu dehra isbaħ, għalina u għal min iżurna. |
| Fil-każ ta’ sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi, | l-applikazzjonijiet għall-iskema qed jintlaqgħu mill-Awtorità dwar ir-Riżorsi millum is-16 ta’ Frar; l-applikazzjonijiet jagħlqu fit-28 ta’ Frar. Fir-rigward ta’ sistemi l-oħra indikati fl-iskema, l-applikazzjonijiet se jintlaqgħu mil-lum ’il quddiem fuq bażi ta’ ‘first come first served’. L-iskema għandha tibqa’ miftuħa għal perjodu ta’ sena, sakemm id-dati ma jinbidlux skont kif meħtieġ mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jew mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali | George Pullicino qal li f’dawn l-ewwel ġimagħtejn li fihom se tkun miftuħa l-iskema l-uffiċċji tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Rizorsi se jkunu miftuħa għall-pubbliku kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-08.00am u t-08.00pm u s-Sibt bejn it-08.00am u s-1.00pm. |
| Hu importanti li kull min japplika jaċċerta li | jkollu d-dokumenti meħtieġa, kif indikat fl-istess applikazzjoni, inkella l-applikazzjoni tiegħu ma tkunx tista' tintlaqa'. Hu importanti wkoll li l-applikant jara li l-bejjiegħ tat-tagħmir ikun mela t-tieni parti tal-applikazzjoni sewwa. |
| Il-Ministru Pullicino fakkar li skond it-termini | tal-iskema, ebda sistema ma tista' tkun installata qabel mal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi tapprova l-għotja. Dan ifisser li n-nies għandhom imorru l-ewwel għand tal-ħanut jiġbru l-kwotazzjoni, jirreġistraw mal-MRA u meta jirċievu l-konfermazzjoni għandhom imbagħad jipproċedu bl-installazzjoni tal-apparat. Ix-xiri jrid isir fi żmien erba’ xhur minn meta tingħata l-ittra tal-offerta. |
Dan qed isir biex jiġi assigurat li l-apparat qed jinxtara minn supplier reġistrat mal-MRA biex ikun aċċertat li t-tagħmir jitwaħħal kif suppost u jagħti r-riżultati mistennija u biex ikun hemm aktar kontrol fuq id-data tax-xiri tal-apparat.L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-website tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi, www.mra.org.mt, jew mill-uffiċċji tal-istess Awtorità.
| Il-Ministru Pullicino ħabbar li sas-2.00pm | t’illum kienu daħlu diġà 118–il applikazzjoni għal sistemi ta’ panelli fotovojtajċi, 133 applikazzjoni għal solar water heaters, u 8 applikazzjonijiet għal insulazzjoni tas-soqfa. |
| Dan kollu juri l-impenn tal-Gvern biex itejjeb | il-kwalità tal-ambjent ta’ pajjiżna kif ukoll biex jappoġġja lill-familji Maltin u Għawdxin biex jagħmlu aktar użu ta’ enerġija nadifa. |
-------------
| Reazzjoni | tal-Ministru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali għall-Istqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni |
| B’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa | mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Leo Brincat dwar l-iskemi mħabbra, il-Ministru Pullicino saħaq li f’ebda punt fid-diskors tal-Baġit u f’diskorsi sussegwenti fil-Parlament jew f’diskorsi oħra tal-Ministri ma saret xi dikjarazzjoni li l-iskemi se jibdew minn Jannar 2009. Il-Baġit ħabbar firxa ta’ skemi differenti li jkunu mnedija matul is-sena 2009. Kull skema mħabbra fil-baġit hija marbuta ma’ data li tagħti bidu u oħra li tagħti tmiem. |
| Fil-każ ta’ dawk kollha li xtraw u nstallaw | solar water heater, sistema ta’ panelli fotovoltajċi jew għamlu insulazzjoni tas-soqfa qabel il-ġurnata tal-lum, għadhom fiċ-ċans li japplikaw għall-iskema l-antika. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984