MORATORJU FUQ IL-ĦLASIJIET FUQ KAPITAL (CAPITAL REPAYMENTS) GĦAS-SIDIEN U L-OPERATURI TAL-LUKANDI
PR0241
16/02/2009
| Is-Segretarju | Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Dr Mario de Marco, illum ħabbar li l-banek ewlenin f’Malta, jiġifieri l-APS Bank, Banif, Bank of Valletta, HSBC u Lombard Bank, qed jappoġġjaw inizjattiva tal-Gvern biex jingħata moratorju fuq il-ħlasijiet fuq kapital (capital repayments) sa sena għas-sidien u l-operaturi tal-lukandi. Kull każ se jitqies skond il-mertu tiegħu. |
| Il-moratorju huwa fuq | ħlasijiet fuq kapital u mhux fuq l-interessi li jitħallsu. Il-Banek żammew id-dritt li jqisu t-talbiet għal dan il-moratorju skond il-każ. Is-sidien jew l-operaturi tal-lukandi li jixtiequ jibbenefikaw minn dan il-moratorju għandhom jirrikorru għand il-bank tagħhom. |
| Is-Segretarju | Parlamentari laqa’ din l-inizjattiva u qal li hu mistenni li din il-proposta tħalli effett pożittiv fuq l-impjiegi fis-settur tal-lukandi. L-inizjattiva se tgħin ukoll sabiex tassigura li l-lukandi jkomplu bil-programmi tagħhom ta’ manutenzjoni u titjib. |
| Dr de Marco qal li l-Gvern | bħalissa qed jikkonsidra inizjattivi oħra biex jgħin din l-industrija fix-xhur li ġejjin. “Il-kriżi ekonomika se jkollha effett fuq l-industrija tat-turiżmu f’pajjiżna u għaldaqstant qed naħdmu biex innaqqsu dan l-impatt kemm billi nistimulaw id-domanda kif ukoll nassiguraw li l-operaturi f’din l-industrija jkunu jistgħu jilqgħu għaliha matul dan il-perjodu.” |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984