Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

PR0239
Date Icon 16/02/2009
Ix-xogħlijiet ta’tisbiħ fuq il-promenade ta’ Marsaxlokk ser jibdew din il-ġimgħa
Ħaddiema mid-Diviżjonitax-Xogħlijiet tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali ser jibdew xogħlijiet ta’ tisbiħ fuq il-promenade ta’ Marsaxlokk jumejn oħra.  Infatti, matul dawn il-jiem, ir-residenti ta’ Marsaxlokk bdew jirċievu fi djarhom avviż li jispeċifika li l-ewwel fażi ta’ dawn ix-xogħlijiet ser tibda pitgħada, it-18 ta' Frar 2009.
Huwa mistenni lix-xogħol man-naħa tal-bini jitlesta qabel is-sajf, bil-kumplament tax-xogħol fuq in-naħa tal-baħar isir wara x-xhur tas-sajf.  Biex dan ix-xogħol seta’ jibda, kien meħtieġ ħafna xogħol ta’ ppjanar u ko-ordinament ma’ numru ta’ entitajiet li wkoll ser jagħmlu xi xogħlijiet tul il-perjodu li fih ikun għaddej dan it-tisbiħ.  Dan l-ippjanar kien jinkludi wkoll laqgħat regolari mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.
Barra minn hekk,fuq talba tal-GRTU, kien maqbul ukoll li x-xogħol jinbeda dil-ġimgħa sabiex jitnaqqas it-tfixkil għar-ristoranti li hemm fl-inħawi.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Ruralijirreferi għal stqarrija tal-Partit tal-Alternattiva Demokratika (AD) dwar l-istess suġġett.  Jirrizulta li jew l-AD m’għandha ebda kuntatt mal-lokalita’ ta’ Marsaxlokk tant li l-anqas taf x’se jiġri fil-jiem li ġejjin, inkella l-AD qed tipprova tieħu rikba politika billi tappella għal xogħol li taf li ser jibda fi żmien jumejn.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow