Left arrow Mur Lura

ĦATRIET TA’ SEGRETARJI PERMANENTI

PR0238
Date Icon 16/02/2009
Tħabbru ħatriet ta’ Segretarji Permanentifis-Servizz Pubbliku kif ġej:
DottChristopher Bezzina nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport b’effett mill-24 ta’ Frar 2009.
Is-Sur Joseph G. Scerri nħatar SegretarjuPermanenti-designate  fil-Ministeru għal Għawdex b’effett mis-6 t’April 2009.
(Is-Sur Scerri jieħu l-ħatra tiegħu bħalaSegretarju Permanente fis-16 ta’ Ġunju 2009)
Dott. Kenneth Grech, Segretarju Permanenti-designate(Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’) fil-Ministeru għall-Politika Soċjali  fl-24 ta’ Frar 2009.
(Dott. Grech jieħu l-kariga ta’ SegretarjuPermanenti fl-20 ta’ Marzu, 2009)
Is-Sur Francis Borg, Segretarju Permanenti(Politika Soċjali) fil-Ministeru għall-Politika Soċjali b’effett mill-24 ta’ Far 2009.
(Is-Sur Borg ħa din il-kariga wara li s-SurJoesph Ebejer inħatar Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data.  Is-Sur Borg kien Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport mill-2005.)

CV’s follow

Dott  Christopher  Bezzina

DottBezzina kien jokkupa l-kariga ta’ Direttur għal Assigurazzjoni ta’ Kwalita’ fid-Direttorate għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.
DottBezzina membru tal-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta. Huwa ħadem bħala għalliem u konsulent kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra bħal Ċipru, l-Italja, il-Latvia, il-Litwanja, il-Polonja, l-Iżvezja, is-Seychelles u l-Istati Uniti.
Fl-2004, DottBezzina kien Fulbright Scholar fl-Universita’ Statali ta’ New York fil-Buffalo.  Huwa professor li ta’ spiss jgħallem fl-Universita’ ta’ Bologna.

Is-Sur Joseph G. Scerri

Is-Sur Joseph G Scerri beda jaħdem mas-ServizzPubbliku fl-1986 u kellu diversi karigi fil-Ministeru tat-Turiżmu u tal-Politika Soċjali.  Ħadem ukoll fil-Ministeru tax-Xogħolijiet u l-Infrastruttura, u f’dak tat-Trasport u Komunikazzjoni.  Fl-1992, is-Sur Scerri kiseb BA (Hons) mill-Universita’ ta’ Malta.
Mill-1995 serva f’segretarjati ta’ ministeri uissa jokkupa l-kariga ta’ Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin.
Is-Sur Scerri hu miżżewweġ lil Giselle néeBonnici u għandu żewġt itfal.

Dott Kenneth Grech

Dott Grech daħalmal-Gvern fl-1991.  Wara li kiseb M Sc u post-graduate diploma fis-Saħħa Pubblika, hu serva f’diversi karigi fid-Dipartiment tas-Saħħa u fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.
Fl-2002 ġie appuntatKap Eżekuttiv għall-isptarijiet San Luqa, Sir Paul Boffa u Mater Dei.  Fl-2006 inħatar Direttur (Social Welfare Standards) fil-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Dott Grech humiżżewweġ lil Anna Maria née Rosso u għandu żewġ subien.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow