IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI JINDIRIZZA L-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA
PR0237
16/02/2009
| “Iż-żgħażagħ | għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-politika tal-gvernijiet Ewropej: fil-qalba ta’ kull deċiżjoni li tista’ taffetwa lilhom.” |
| Dan | qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza l-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, responsabbli miż-Żgħażagħ u waqt diskussjoni dwar il-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ (European Youth Pact). |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-viżjoni | Ewropea għandha tkun dik ta’ żgħażagħ li kapaċi jilħqu kapaċi jimirħu u jimxu ’l quddiem, jagħmlu suċċess minn ħajjithom. |
| Clyde Puli semma li għal dan | il-għan f’Malta beda l-proċess biex titwaqqaf l-ewwel aġenzija taż-żgħażagħ. Ir-rwol ewlieni ta’ din l-aġenzija ser ikun propju il-mainstreaming tal-interess taż-żgħażagħ fil-politika kollha tal-Gvern. |
| Hu semma wkoll kif | Malta, permezz ta’ bosta inizjattivi, qed tipprova tilħaq il-kriterji li jistabbilixxi l-European Youth Pact. Fost l-oħrajn hemm l-istrateġija għaż-żgħażagħ biex isibu impjieg u l-bosta programmi li toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, u l-ftuħ ta’ aktar Child Care Centres biex tintlaħaq il-mira li jkun hemm aktar bilanċ bejn id-dinja tax-xogħol u l-ħajja fil-familja. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li Malta se | tkompli taħdem bl-iskop li tkompli tgħin lill-ġenerazzjoni żagħżugħa biex tkun tista’ tilqa’ għall-isfidi li qed ifeġġu minn ġurnata għall-oħra, b’mod partikolari fi żminijiet, fejn il-qagħda ekonomika madwar id-dinja, mhix daqstant tajba. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984