Laqgħa għall-għaqdiet mhux governattivi dwar is-sehem tas-Soċjetà Ċivili fil-Proċess ta’ Konsultazzjoni.
PR0233
14/02/2009
| Is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni, bil-kollaborazzjoni tal-Malta-EU Steering & Action Committee (MEUSAC) u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), organizza laqgħa għall-għaqdiet mhux governattivi dwar is-sehem tas-Soċjetà Civili fil-Proċess ta’ Konsultazzjoni. Il-laqgħa saret nhar is-Sibt, 14 ta’ Frar filgħodu u għalija attendew rappreżentanti mal-140 għaqda mhux governattiva. |
| Fid-diskors tal-ftuħ, is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Dott. Chris Said, tkellem dwar id-diversi possibiltajiet li jeżistu fil-pajjiż fejn tidħol il-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili kif ukoll dwar it-twaqqif tal-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u tal-Kunsill għas-Settur Volontarju. |
| Huwa tkellem ukoll dwar il-proċess ta’ | konsolidazzjoni tal-MCESD u dwar kif il-Kunsill tal-MCESD qed jitltaqa’ b’mod frekwenti ħafna dwar materji diversi, xi wħud minnhom ta’ kontroversja fil-pajjiż bl-għan li l-Gvern jisma’ l-veduti tal-imsieħba soċjali u sa fejn jista’ jkun, jintlaħaq kunsens bejn it-tliet partijiet involuti fil-proċess: il-Gvern, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tas-settur privat. Fisser ukoll kif qed isir sforz biex il-Kumitat għas-Soċjetà Ċivili jiġi riformat b’mod li jkun verament il-vuċi tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż. |
| Is-Segretarju Parlamentari fisser ukoll x’wassal | biex il-Gvern reġa’ waqqaf il-MEUSAC is-sena l-oħra. Minbarra l-funzjoni ta’ konsultazzjoni dwar liġijiet ġodda fl-UE, il-MEUSAC għandu wkoll funzjonijiet oħra: dik li twassal l-Informazzjoni kif ukoll biex tgħin lill-kunsilli lokali u lill-għaqdiet mhux governattivi fl-applikazzjonijiet għall-fondi tal-UE. Dott. Said tkellem dwar il-konsultazzjoni li qed issir fil-Core Group tal-MEUSAC dwar materji b’rabta mal-UE u li għandhom implikazzjonijiet nazzjonali. Fil-ġimgħat li ġejjn se jibdew jiltaqgħu d-disa’ kumitati settorjali li se jittrattaw materji settorjali u li jirriflettu l-oqsma li fihom taħdem l-UE. Fil-ġranet li għaddew inħatru l-uffiċjali fi ħdan il-MEUSAC li se jkunu responsabbli mid-diversi kumitati. |
| Is-Segretarju Parlamentari semma wkoll il-liġi | ġdida dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji u dwar il-bżonn li għaqdiet mhux governattivi jitolbu l-iskrizzjoni mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. |
| Saru diversi preżentazzjonijiet minn | rappreżentanti tat-tliet entitajiet. Dott. Vanni Xuereb, Kap tal-MEUSAC, tkellem dwar l-istruttura tal-MEUSAC filwaqt li s-Sur Julian Micallef, Aġent Kap responsabbli mill-Konsultazzjoni fil-MEUSAC fisser kif se jaħdmu l-kumitati settorjali. Dott. Diane Farrugia, Segretarja Amministrattiva (Konsultazzjoni) fil-MEUSAC spjegat il-proċess leġiżlattiv fl-UE u s--Sur Joe Montebello, Segretarju Eżekuttiv tal-MCESD spjega l-funzjonijiet u l-ħidma tal-MCESD. Tkellem ukoll dwar it-twaaqif tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u dwar ir-riforma tal-Kumitat għas-Soċjetà Ċivili fi ħdan il-Kunsill. |
| Il-Professur Kenneth Wain, Kummissarju | għall-Organizzazzjonijiet Volontarji tkellem dwar il-benefiċċji li organizzazzjonijiet volontarji jkunu iskritti mal-uffiċċju tiegħu u dwar is-servizzi li joffri l-uffiċċju tiegħu. Hu semma’ ukoll it-twaqqif tal-Kunsill għas-Settur Volontarju. |
| Saru numru ta’ interventi minn dawk preżenti li | qajjmu punti bħall-bżonn ta’ iktar kooperazzjoni u ħidma flimkien bejn l-għaqdiet infushom, atteġġjament pro-attiv u mhux biss konsultazzjoni dwar proposti li jkunu saru, l-applikazzjoni tal-liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji u l-Kumitat għas-Soċjetà Ċivili tal-MCESD. |
| Laqgħa simili għall-għaqdiet Għawdxin se ssir | Għawdex nhar is-Sibt, 28 ta’ Frar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984