STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT
PR0232
13/02/2009
| Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet | Soċjali jiddiskuti l-effetti tal-vizzji fuq il-familja – id-droga u l-alkoħol |
| “...ir-relazzjoni pożittiva u l-bilanċ bejn | is-soċjetà, il-familja u d-dipendenza (addiction) hija importanti sabiex persuna ma tinħakimx mill-vizzji tad-droga jew l-alkoħol...” |
| “...meta t-tfal ma jkollhomx biżżejjed imħabba, | huwa aktar faċli għalihom li jaqgħu fid-dipendenza tal-vizzji...” |
| “...in-numru ta’ persuni bil-vizzju tad-droga | jew alkoħol żdiedu u dawn qed jagħmlu pressjoni fuq ir-riżorsi...” |
| Fil-laqgħa li saret nhar il-11 ta’ Frar 2009, | il-Membri tal-Kumitat iltaqgħu wkoll mas-Sur Lawrence Bonello, is-Sinj Joyce Cassar u s-Sur Joe Chetcuti minn Caritas-Malta u Fr Emanuel Cordina u s-Sur Noel Xerri minn OASI-Għawdex sabiex jiddiskutu u jifhmu aħjar l-effetti tal-vizzji fuq il-familja. |
| Filwaqt li rringrazzjaw il-forzi tal-ordni u | l-awtoritajiet fil-pajjiż għall-ġlieda kontra d-droga, il-professjonisti tal-Caritas urew it-tħassib tagħhom fuq il-fatt li skont statistika lokali tal-2007, il-konsum tad-droga żdied u l-qbid ta’ droga naqas meta pparagunat mas-snin 2005 u 2006. Huma inkwetaw kif f’Malta wieħed sar jista’ jakkwista d-droga aktar faċilment u l-użu tad-droga fil-partys. Il-professjonisti tal-Caritas irriferew għal xi miżuri li ħadu l-awtoritajiet fl-Olanda u l-Italja fuq regolamentazzjoni riġida fuq il-partys u testijiet għal min ikun ser isuq wara dawn l-attivitajiet. Dan mhux sabiex jiġu penalizzati l-persuni iżda sabiex l-Istat u s-soċjetà juru aktar determinazzjoni u għarfien fuq il-ħsara tal-użu ta’ sustanzi illegali. |
| Il-professjonisti tal-OASI qalu wkoll li minn | statistika li huma ġabru mingħand il-klijenti tagħhom, jidher li ż-żgħażagħ mhux qed ifittxu għajnuna meta jieħdu l-ecstacy u l-kannabis u ma jarawhomx bħala drogi li għandhom bżonn ir-riabilitazzjoni. Minn naħa huwa ħażin għaliex dawn id-drogi huma ta’ ħsara kbira għas-saħħa u jwasslu għal drogi itqal (kokaina u eroina), u minn naħa l-oħra jfisser li ħafna persuni jfittxu l-għajnuna meta l-problema tkun daħlet fil-fond wisq. Wieħed mill-professjonisti tal-Caritas ikkwota kif minn studju fuq perjodu ta’ 15-il sena fi New Zealand, ħareġ ċar li l-bidliet negattivi li qed iseħħu fil-familji u l-effetti bla ħtija fuq it-tfal, qed iwasslu għall-imġieba anti-soċjali u aktar ċans ta’ użu ta’ droga minn dawn it-tfal. Il-familja għandha tkun post fejn it-tfal iħossuhom maħbubin u jistgħu jiddiskutu l-ansjetà u l-problemi tagħhom mal-ġenituri. |
| Il-professjonisti tal-Caritas u OASI ddiskutew | ukoll il-weġgħat tal-familji li għandhom xi qarib fil-ħabs minħabba d-droga. Minn laqgħat li huma kellhom ma’ dawn il-familji, qalu li għalkemm kienet ġiet emendata l-liġi relatata ma’ droga, xorta għadu jinħass żbilanċ bejn is-sentenzi li jinqatgħu fil-Qorti bejn persuni li jkollhom id-droga sabiex jiffinanzjaw il-vizzju tagħhom u dawk li jittraffikaw. Dawn is-sentenzi jġibu ħafna emozzjonijiet negattivi. Il-familjari ta’ dawn il-persuni fil-ħabs ilmentaw fuq id-dewmien fil-Qrati u l-fatt kif persuni li jkunu għamlu l-programmi u jfiequ mid-droga, jispiċċaw jeħlu l-ħabs u jerġgħu jaqgħu fil-vizzju tad-droga. Tkellmu wkoll dwar l-introduzzjoni tad-Drug Courts u n-nuqqas ta’ shelters għan-nisa li jkollhom problemi tad-droga, liema suġġett ser jiġi diskuss aktar fil-fond f’laqgħat oħra. |
| Il-laqgħa tmexxiet mill-Onor Edwin Vassallo, | President tal-Kumitat, u kienu preżenti l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor David Agius. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984