Left arrow Mur Lura

XOGĦLIJIET MILL-KUNSILLI LOKALI TAL-ĦAMRUN

PR0230
Date Icon 13/02/2009
Is-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, żar xogħlijiet li qed isiru mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun fuq is-sit magħruf bħala “Is-Suq l-Antik” fi Triq id-Duka ta’ Edinburgh fl-istess lokalita’.
Ix-xogħol li qed isir huwafuq proġett li jinkorpora parkeġġ li jesa’ madwar 160 vettura, ġnien pubbliku u uffiċċji amministrattivi ġodda għall-Kunsill Lokali tal-Ħamrun.
Chris Said faħħar l-inizjattivatal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u qal li dan il-Kunsill imbarka fuq proġett ambizzjuż.  Is-Segretarju Parlamentari ddeskriva l-proġett bħala investiment fil-komunità Ħamruniża u fl-ambjent tal-lokalita’.
Is-Segretarju Parlamentarispjega kif il-proġett jaderixxi mal-kunċett ta’ sostennibilita’ fil-lokalitajiet tagħna.  Huwa qal li l-parkeġġ se jnaqqas il-problema tat-traffiku u l-parkeġġ fil-Ħamrun u għalhekk se jkun qed jgħin lill-ambjent u lill-komunita’ kummerċjali.  Barra minn hekk, il-proġett se jirriabilita sit li m’għadux jintuża, il-post se jissebbaħ permezz ta’ ġnien pubbliku, u l-proġett se jkun wieħed li jiffinanzja lilu nnifsu.
Chris Said faħħar ukoll l-inizjattivatal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun li se jara li l-finishings tal-proġett ikunu jinkludu elementi ta’ użu ta’ enerġija alternattiva u effiċjenti.  Dan jaqbel ħafna mat-tnedija tal-kampanja Switch li għandha l-iskop li kulħadd jibda jagħmel użu aktar effiċjenti tal-enerġija.
Biex qed isir dan il-proġettil-Gvern ta l-art lill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun b’devoluzzjoni li saret fl-2008.  Chris Said qal li dan sar għax il-Gvern jemmen li l-Kunsill Lokali jista’ jagħmel l-aħjar użu mis-sit għall-benefiċċju tar-residenti tal-Ħamrun.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow