Left arrow Mur Lura

ABBOZZ TA’ REGOLAMENTI ĠODDA LI JIMPLIMENTAW RIFORMA FIS-SERVIZZI GĦALL-PASSIĠĠIERI BARRA L-ISKEDA TAT-TRASPORT PUBBLIKU

PR0229
Date Icon 13/02/2009
Il-Ministerugħall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni ħejja abbozz ta’ Regolamenti ġodda li jimplimentaw ir-riforma fis-servizzi għall-passiġġieri barra l-iskeda tat-Trasport Pubbliku.
Ir-regolamenti huma mibnija fuqil-ħsibijiet tal-Gvern ippubblikati fid-dokument tal-Ministeru ‘Viżjoni għat-Trasport Pubbliku li jaqdi lill-pubbliku f’kuntest ta’ sostenibbiltà ambjentali: Servizzi tat-trasport mhux skedat’.
Dak id-dokument kien pubblikatf’Ottubru 2008 u kien akkumpanjat minn diskussjonijiet mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fis-settur. L-abbozz ta’ regolamenti għalhekk isegwi perjodu twil ta’ konsultazzjoni.
Ir-Regolamenti huma interessatifl-aspett tekniku ta’ dan is-settur. Allura ma jinkludux l-aspett l-ieħor li l-Gvern jixtieq jimplimenta ma’ din ir-riforma għal dan is-settur, jiġifieri t-tneħħija tar-restrizzjonijiet għall-aċċess f’dan is-suq.
Il-Gvern jikkonfermal-intenzjoni ddikkjarata tiegħu li s-settur tas-servizzi għall-passiġġieri barra l-iskeda tat-trasport pubbliku ma jkollux restrizzjonijiet għal min irid jibda jopera fih u li allura dan ikun settur liberalizzat kompletament.
Il-Ministeru qed jistiedenkummenti u reazzjonijiet finali minn dawk interessati sa nhar il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009.
L-abbozz tad-dokument jista’jitniżżel minn

https://secure2.gov.mt/MITC-CMS/mediacenter/PDFs/1_Draft%20Carraige%20of%20Passengers%20Regulations.pdf

.../pr0229.pdf

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow