PROGRAMMI FUQ KOOPERAZZJONI TERRITORJALI – SEMINAR GĦALL-KUNSILLI LOKALI
PR0226
13/02/2009
| F’dawn l-aħħar snin Malta, bħala Stat Membru | fl-Unjoni Ewropea, bl-għajnuna tal-programmi mnedija mill-Unjoni Ewropea qed toffri numru kbir ta’ opportunitajiet għall-ko-finanzjament ta’ proġetti li jistgħu jiġu implimentati fil-lokalitajiet tagħna. |
| Mhux hekk biss, qiegħed ukoll jidher ċar li | proġetti li jkollhom numru ta’ msieħba fihom minn pajjiżi differenti qegħdin jiġu mgħotija importanza kbira u preferenza mill-UE ħalli b’hekk isseħħ l-istrateġija Ewropea li tibbaża ħafna fuq il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni Ewropej. |
| Waqt id-diskors tal-għeluq tiegħu, is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qal li dan is-seminar kien mezz biex joffri opportunità li jiġu ppreżentati, fuq livell dettaljat, il-programmi tal-Unjoni Ewropea li hemm għaddejjin bħalissa fejn il-kooperazzjoni ta’ msieħba lokali u reġjonali huma ta’ valur bażiku sabiex jiġu mfassla proġetti territorjali. |
| Programmi bħal dak tat-Territorial | Cooperation, l-Interreg IVC u l-Cross Border Cooperation għandhom l-għan li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni, il-tpartit ta’ informazzjoni u ta’ eżempji tajba bejn l-Istati Membri u r-Reġjuni tagħhom. Dawn il-programmi jimxu mal-Cohesion Policy tal-UE li tippromwovi żvilupp sostenibbli mal-Istati Membri u li tirriduċi kemm jista’ jkun id-differenzi soċjo-ekonomiċi bejn ir-reġjuni. |
| Għalhekk, l-Unjoni Ewropea, permezz ta’ dawn | il-programmi, tagħti dik l-opportunità lil-lokalitajiet u regjuni Ewropej li jibbenifikaw minn fondi apposta biex joħolqu u jwettqu proġetti innovattivi f’oqsma ambjentali, soċjali, kulturali u edukattivi. |
| Chris Said qal li min-naħa tal-Gvern Ċentrali, | permezz tal-Agenziji tiegħu bħal dik tal-MEUSAC, qiegħed joffri kull għajnuna possibbli biex jaċċerta li l-opportunitajiet ta’ fondi li hemm ġejjin mill-Ewropa ma jkunux mitlufa. |
| Hu rringrazzja lill-kunsilli li waqt is-seminar | għoġobhom jitkellmu fuq proġetti li huma għamlu fil-lokalitajiet tagħhom liema proġett kienu ta’ suċċess għaliex twettqu permezz ta’ networking tajjeb bejn il-lokalitajiet tagħhom u lokalitajiet minn pajjizi oħra Ewropej. |
| Il-proġetti li saru preżentazzjonijiet dwarhom | kienu: |
| Cultexchange Projec – Kunsill | Lokali Mosta |
| Il-Kunsill Lokali tal-Mosta flimkien ma’ msieħba | minn Sqallija nedew proġett biex jirrestawraw u jippromwovu żewġ katakombi Paleo-Kristjani fil-lokalitajiet tagħhom. L-għan tal-proġett kien li is-siti jsiru iktar aċċessibli għall-pubbliku ġenerali. |
| Medcypre Project – Kunsill | Lokali Imġarr |
| Fl-2004 il-Kunsill Lokali tal-Imġarr issieħeb | ma' ħmistax il-partner ieħor minn pajjiżi madwar l-Ewropa biex iwettaq dan il-proġett li kien jinvolvi t-taħwil ta' 2500 siġra taċ-ċipress f’żewġ lokalitajiet differenti fl-Imġarr. Sar ukoll studju tal-kundizzjoni tal-art li fiha ġew imħawla dawn is-siġar. Minn dan il-proġett pilota, irriżultat id-differenza fl-istat tas-siġar bejn iż-żewġ siti. Matul dawn l-aħħar sentejn wieħed seta' jara l-progress kbir li għamlu dawn is-siġar. |
| RCSM/Emedit Project – Kunsill | Lokali Bormla |
| Dan il-proġett ra msieħba | minn pajjiżi madwar l-Ewropa, li għandhom ċentri zgħar storiċi, jingħaqdu biex flimkien jirreklamaw dawn iċ-ċentri, il-karatteristiċi, il-prodotti u t-tradizzjonijiet partikolari tagħhom. |
Medcoasnet Project – Kunsill Lokali Birgu
| Il-Kunsill Lokali tal-Birgu u | l-Fondazzjoni Temi Zammit (FTZ) flimkien ma’ msieħba oħra minn pajjiżi Ewropej ħadu sehem fi proġett imsejjaħ Mediterranean Cooperation for On-Shore Accessibility and Sustainability Themes: Network for managing urban coastal areas. L-għan aħħari tal-proġett kien li jinħoloq network permanenti ta' awtoritajiet u aġenziji involuti fl-immaniġġjar sostenibbli ta' żoni urbani kostali fil-Mediterran. Dan il-proġett, barra li ġab miegħu titjib ambjentali, tisbiħ u aċċessibilità ikbar fiż-żoni magħżula, l-interventi servew biex ikabbru l-għarfien dwar il-ħtieġa ta' mmaniġġjar ambjentali u żvilupp sostenibbli, bil-ħarsien xieraq ta' riżorsi kulturali u naturali tal-kosta urbana. |
| Dawn il-proġetti ġew kollha mwettqa minn | networks u kooperazzjoni ta’ Kunsill Lokali f’pajjiżna ma’ dawk Ewropej. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni għalaq billi semma li dan is-seminar kien mezz tajjeb ta’ kif jiżdied l-għarfien tal-importanza tal-parteċipazzjoni ta' aktar Kunsilli Lokali li jaħdmu flimkien kemm lokalment, kif ukoll ma’ lokalitajiet u reġjuni oħra madwar l-Ewropa għall-istess għan. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984