FTUĦ UFFIĊJALI TAL-KARNIVAL REĠJONALI TA’ GĦAWDEX 2009
PR0224
13/02/2009
Fid-dawl tal-previżjonijiet tat-temp għal dan il-weekend, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jikkomunika li qed jipposponi l-ftuħ uffiċjali tal-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex minn għada s-Sibt, 14 ta’ Frar 2009 għal nhar il-Erbgħa, 18 ta’ Frar 2009.
Dak in-nhar l-attivitajiet jibdew fis-6.00 p.m. tul Triq ir-Repubblika u l-enclosure fi Pjazza Indipendenza, Victoria. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kultura fuq in-numru tat-telephone: 21 556125 jew e-mail fuq info@gozoculture.com
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984