Left arrow Go Back

Tnedija ta’ Proċess ta’ Konsultazzjoni mas-settur tan-Negozju biex jitnaqqas il-piż amministrattiv FUQHOM

PR0223
Date Icon 13/02/2009
Is-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, flimkien mal-Better Regulation Unit (BRU), illum nieda proċess ta’ konsultazzjoni mas-settur tan-negozju bil-għan li jiġu identifikati dawk il-problemi amministrattivi li qed jiffaċċja dan is-settur, b’mod partikulari meta jintalab li jżomm jew jipprovdi informazzjoni lill-Gvern.
Dan il-proċess ġie mniedib’laqgħa ma’ numru ta’ għaqdiet li jirrapreżentaw setturi varji tan-negozju.  Fl-indirizz tiegħu lil dawk preżenti s-Segretarju Parlamentari Chris Said spjega li se jsir eżerċizzju ta’ konsultazzjoni bejn il-Gvern u s-settur tan-negozju fuq it-tnaqqis ta’ obbligi ta’ informazzjoni, kif ukoll fuq tnaqqis amministrattiv jew regolatorju ieħor, iżda li mhux ta’ natura finanzjarja.

L-Onor. Chris Said żied jgħid li l-ħtieġa li ċ-ċittadin jiġi moqdi bl-aħjar mod u li s-settur tan-negozju ma jiġix mgħobbi minn burokrazija żejda huma affarijiet li jaqbel magħhom kulħadd u li ilna nisimgħu dwarhom.  Il-Gvern Malti kkommetta ruħu mal-Unjoni Ewropea li sal-2012 jnaqqas bi 15% il-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji, b’mod partikulari dawk li joħorġu minn informazzjoni żejda li qed tintalab.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said spjega lil-Gvern jagħraf l-importanza ta’ dan kollu u fil-fatt kienet ġiet mwaqqfa il-Better Regulation Unit (BRU) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bl-għan li ġġib ’il quddiem l-aġenda tar-regolamentazzjoni aħjar u li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi.
Fl-ewwel snin tat-twaqqif tagħhal-BRU iffukat prinċipalment fuq is-simplifikazzjoni.  Il-BRU ffukat l-isforzi tagħha fuq l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-ewwel Pjan għas-Simplifikazzjoni għal Malta. Dan kien jinkludi numru ta’ miżuri identifikati fejn kull Ministeru għamel eżerċizzju intern biex jidentifika dawk il-liġijiet u proċessi li fl-opinjoni tal-Ministeru setgħu jiġu simplifikati biex iċ-ċittadin u settur tan-negozju jinqeda aħjar.  Din l-istrateġija ġiet adottata għaliex il-Gvern ħass li d-dipartimenti nfushom kienu iktar f’pożizzjoni li jkunu jafu dwar proċessi interni tal-Gvern u l-bżonn li dawn jiġu simplifikati.
Is-Segretarju Parlamentari ChrisSaid enfasizza li regolamentazzjoni aħjar ma tfissirx li aħna nneħħu r-regolamenti li nħossu li huma ta’ piż. Ilkoll nifhmu l-importanza tar-regolamentazzjoni li qegħda hemm biex toffri protezzjoni liċ-ċittadini u lin-negozjanti onesti.
Bir-rwol tal-Gvern aktar majmur, aktar qed isir wieħed regolatorju f’diversi oqsma, il-Gvern jemmen li regolamentazzjoni ċara u effettiva hija essenzjali biex il-qasam soċjo-ekonomiku ta’ pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem. Il-Gvern qed jahdem fuq pjan biex jirrazzjonalizza r-regolamentazzjoni ħalli jassigura li ma jkunx hemm piżijiet żejda.
Regolamentazzjoni aħjar majfissirx li għandna b’xi mod indagħjfu jew inżarmaw il-qafas regolatorju ta’ pajjiżna, imma jfisser li rridu naraw kif żviluppaw is-sistemi amministrativi u regolatorji ta’ pajjiżna u nassiguraw li l-impatt finali jkun wieħed pożittiv.
Irridu nħarsu lejnir-regolamentazzjoni f’sistema integrata biex nsibu bilanċ bejn dak li jagħmel sens li jkun ċentralizzat u dak li huwa meħtieġ li jkun deċentralizzat.  Għalkemm diġa’ sar progress f’din il-linja, hemm diversi każi fejn awtoritajiet jew dipartimenti jħarsu lejn il-funzjoni u r-responsabiltajiet tagħhom b’mod iżolat, b’konsegwenza li jkun hemm duplikazzjoni żejda li tispiċċa tħalli effetti negattivi kemm fuq minn qed jirċievi s-servizz, kif ukoll piżijiet u limitazzjonijiet bla bżonn fuq min ikun qed joffri s-servizz.
Barra minn hekk, il-Gvern huwakonxju tal-isfidi li qiegħed jiffaċċja biex isostni l-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi.  Għaldaqstant, amministrazzjoni pubblika effettiva u effiċjenti għandha sservi ta’ katalista biex jinżamm ir-ritmu ekonomiku tal-pajjiż f’dan iż-żmien partikolari.  Ta’ min jgħid li f’dan l-eżerċizzju, it-tneħħija ta’ miżuri fiskali mhix inkluża.
Għal dan il-għan ser jiġi varateżerċizzju ta’ konsultazzjoni għas-setturi tan-negozju, maħsub sabiex jiġu identifikati dawk il-problemi amministrattivi li qed jiffaċċja dan is-settur, kemm dawk speċifici għas-setturi partikolari u kemm dawk ġenerali għan-negozju.  Hawnhekk l-Onor. Chris Said ħeġġeg biex ma nieqfux fuq il-problemi, imma nagħtu ukoll is-suġġerimenti għas-soluzzonijiet ta’ dawn il-problemi.  Il-Ministeri ser ikunu mistiedna biex jattendu ukoll għal din il-konsultazzjoni biex b’hekk ikunu involuti f’dan l-eżerċizzju sa mill-bidu nett.
Wieħed irid jifhem liimpossibbli li jiġu indirizzati s-suġġerimenti kollha pero’ l-Gvern hu kommess li jisma’ u fl-aħħar jiddeċiedi pjan ta’ azzjoni li jolqot dawk il-punti li huma l-aktar urġenti u effettivi. L-Onor. Chris Said appella biex dawk l-għaqdiet li jirrapreżentaw xi tip ta’ negozju jaħdmu flimkien mal-uffiċċju tiegħu u mal-BRU biex dan l-eżerċizzju jkun wieħed ta’ suċċess.
Il-BRUspjegat li l-ewwel ser isir workshop mal-għaqdiet prinċipali li jirrapreżentaw in-negozju li fih ser jiġu diskussi r-regolamenti li jaffettwaw lis-setturi kollha tan-negozju.
Matul Marzuu April ser isiru numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni li fihom ser jiġu diskussi l-piżijiet amministrattivi li dawn is-setturi tan-negozju qed jaffaċjaw:

1.      ambjent;

2.      agrikoltura u sajd;

3.      edukazzjoni u ħidma soċjali;

4.      servizzi finanzjarji;

5.      turiżmu u kultura;

6.      trasport;

7.      ħwienet;

8.      komunikazzoni;

9.      manifattura ta’ makkinarju;

10. manifattura tal-metall u prodotti oħra;

11. manifattura tad-drapp; u

12. in-negozju f’Għawdex.

Dawn il-laqgħat ser ikunu reklamati fil-media lokali u s-setturi tan-negozju huma mħeġġa li jattendu għal dawn il-laqgħat ta’ konsultazzjoni.  Dawk li se jattendu huma mħeġġa li jaqsmu mas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u mal-BRU problemi speċifiċi li qed jiltaqgħu magħhom li jirriżultaw minn piżijiet amministrattivi żejda kif ukoll proposti konkreti ta’ soluzzonijiet għal dawn il-problemi. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow