Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT

PR0222
Date Icon 12/02/2009

Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali jiddiskuti l-effetti tal-vizzji fuq il-familja – il-logħob tal-ażżard

“...jekk il-ħwienet tal-logħob fl-irħula tagħna qed iħaddmu ftit  persuni, huma qed ikissru familji sħaħ...”

“...jekk il-ħwienet tal-logħob fl-irħula tagħna mhux ser ikollhom il-kontroll neċesarju mill-awtoritajiet, ser ikun hawn ħafna rovina tal-familji...”

“...jeżistu tfal u żgħażagħ li diġà jkollhom id-djun minħabba l-logħob...”

“...jien tlift id-dar u kull makelli minħabba d-djun...imma l-faqar mill-użura u l-logħob huwa kbir u jibqa’ moħbi minħabba l-istigma...”
Hekk semgħu l-Membri tal-Kumitatilbieraħ meta ltaqgħu ma’ xhud li qed tagħmel il-programm sabiex tfieq mid-dipendenza tal-logħob tal-ażżard.  Il-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqgħu wkoll mas-Sur Lawrence Bonello, is-Sinj Joyce Cassar u s-Sur Joe Chetcuti minn Caritas-Malta u Fr Emanuel Cordina u s-Sur Noel Xerri minn OASI-Għawdex sabiex jiddiskutu u jifhmu aħjar l-effetti tal-vizzji fuq il-familja.
Is-sintomi tad-dipendenzamil-logħob tal-ażżard tixbah lil dik tal-alkoħol u d-droga.  Persuni li jaqgħu vittmi ta’ din id-dipendenza jesperjenzaw l-istess sintomi ta’ min ikun dipendenti minn xi sustanza jew alkoħol.  Jekk is-sintomi huma l-istess, anki l-effetti jixxiebhu ħafna, bħal tkissir tal-familja, imġieba anti-soċjali, id-disimpjieg, problemi ta’ saħħa mentali u fiżiċi, problemi ta’ użura u dejn.
Filwaqt li ġiet spjegatar-regolamentazzjoni pjuttost riġida tal-Casinos, ma jistax jingħad l-istess fuq il-ħwienet iż-żgħar li qed ifaqqsu fl-irħula Maltin.  Il-professjonisti minn Caritas u OASI irrimarkaw li tinħass il-ħtieġa li l-awtoritajiet iħarsu lejn din is-sitwazzjoni bħala preokkupanti, urġenti u li qed ikollha impatt negattiv fuq il-familji.  Huma saħqu għal aktar edukazzjoni favur soċjetà ħielsa mid-dipendenza tal-logħob tal-ażżard.  Ir-riċerka turi li l-kambjamenti negattivi li qed iseħħu fil-familji u l-effetti bla ħtija fuq it-tfal, bħal separazzjonijiet, qed iwasslu għall-imġieba ta’ dipendenza għall-vizzji, inkluż il-logħob tal-ażżard.  Il-faqar li qed iġġib din id-dipendenza hija moħbija minħabba l-istigma u s-soċjetà trid tifhem aħjar din il-problema.  Il-professjonisti appellaw għal aktar investiment fi programmi preventivi u sorveljanza f’postijiet li qegħdin f’riskju.
Il-laqgħa tmexxiet mill-OnorEdwin Vassallo, President tal-Kumitat, u kienu preżenti l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor David Agius.
Il-Kumitat ser jerġa’ jiltaqa’ma’ dawn il-professjonisti sabiex jiddiskuti aktar fil-fond is-suġġett.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow