Left arrow Mur Lura

EFFIĊENZA U SERJETÀ FL-UŻU TAL-FONDI EWROPEJ MINN MALTA

PR0221
Date Icon 12/02/2009
Għalkuntrarju ta dak li fuqu esprimiet ruħha l-Oppożizzjoni llum, fejn abbażi ta’ nuqqas ta’ għarfien jista’ jidher li qed tipprova tqajjem id-dubji, il-Gvern qed jagħti prova li qed jamministra l-fondi tal-Unjoni Ewropea b’mod tajjeb.
Mill-1 ta’ Jannar2007 beda l-baġit il-ġdid tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2007 - 2013.  B’negozjati li għamel il-Gvern, Malta qed tieħu €855 miljun, flimkien ma’ miljuni oħra li kumpaniji lokali, entitajiet governattivi jew NGOs jistgħu jibbenefikaw minnhom direttament u li ma jiffurmawx parti minn dan il-baġit.  Fondi oħra għal Malta jinkludu dawk biex tindirizza l-immigrazzjoni illegali u l-fond ta’ aġġustament għall-globalizzazzjoni.  Malta se tkun qed tieħu aktar minn biljun ewro.
Bil-ħidmatal-Gvern u l-uffiċjali tas-Settur Pubbliku involuti, Malta kienet l-ewwel pajjiż mis-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li jagħlaq in-negozjati tekniċi u l-proċess kollu biex ikunu approvati l-programmi mfassla mill-Gvern wara konsultazzjoni wiesa’ ta’ kif dawn il-fondi se jintefqu.
Il-Gvern jerġa’jfakkar li filwaqt li fil-programm operattiv għal pajjiżna kienu diġà identifikati l-proġetti ewlenin li jridu jitwettqu f’dawn is-seba’ snin, teżisti proċedura li trid tiġi osservata.  Dan ifisser li jkun biss fi tmiem il-proġett li l-pajjiż jitlob il-finanzjament allokat lilu.  Jagħti l-każ li l-maġġoranza assoluta tal-proġetti approvati huma proġetti infrastrutturali ta’ ċertu daqs u għalhekk hemm ammont ta’ żmien li jrid jgħaddi biex ikunu tlestew.
Fostil-proġetti li diġà ġew approvati, hemm:

·        il-bini mill-ġdid u t-titjib ta’ numru ta’ toroq arterjali;

·        proġetti ta’ benefiċċju għall-komunità kummerċjali u s-settur ekonomiku, bħall-espansjoni tal-Kordin Business Incubation Centre u t-tisbiħ tal-industrial estates;

·        proġetti li jsaħħu l-edukazzjoni u t-taħriġ, fosthom il-bini u t-tagħmir ta’ Fakultà tal-ICT fl-Università, proġetti fl-MCAST u l-Junior College, u l-espansjoni tal-Iskills and Development Centre tal-ETC;  kif ukoll

·        proġetti intiżi biex isebbħu lill-pajjiżna, bħat-tisbiħ taż-żoni kostali fil-Qawra u tas-Sliema u r-restawr ta’ fortifikazzjoni storiċi.

Għaldawn il-proġetti kollha u aktar, pajjiżna diġà ngħata konferma li l-Unjoni Ewropea permezz tal-fondi tagħha, se tkun qed toħroġ 85% tal-investiment approvat. Il-pajjiż ikollu sa sentejn wara t-tmiem tal-proġett biex jagħmel użu mill-fondi allokati lilu.  U għalhekk il-fondi mill-Unjoni Ewropea ma jiġux mal-bidu tal-proġett, iżda jkun jiddependi minn kemm idum għaddej il-proġett.
Il-konferma li pajjiżna kapaċi u qed jagħmell-aqwa użu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea ngħata mill-Unjoni Ewropea stess, li kkonfermat li Malta kienet l-aktar pajjiż li assorbit fondi mill-Unjoni Ewropea bejn l-2004 u l-2006 b'medja ta' 91% tal-fondi allokati.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow