Left arrow Mur Lura

14-IL OFFERTA GĦAT-TARZNA

PR0220
Date Icon 12/02/2009
Il-Gvern illum kien infurmatmill-Privatisation Unit li kien hemm total ta’ 14-il offerta mressqa għat-Tarzna ta’ Malta.  Dawn l-offerti tressqu minn kumpaniji minn madwar id-dinja, fosthom Ewropej u Ażjatiċi.
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija ul-Investiment l-Onor Tonio Fenech, qal li l-Gvern jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li tressqu 14-il offerta għall-partijiet differenti fil-privatizzazzjoni tat-Tarzna.  L-offerti daħlu kif ġej:
Marsa Ship Building3 offerti
Malta Ship Repair3 offerti
Malta Superyachts5 offerti
Manoel Island YachtYard    3 offerti
Il-Ministru Tonio Fenech qal li l-politikatal-Gvern hi li joħroġ minn dawk il-kumpaniji kummerċjali fejn il-Gvern m’għandux ikollu sehem fihom.  Hu qal li l-Gvern jemmen li m’għandux ikun preżenti f’dawk l-oqsma ekonomiċi u kummerċjali fejn ma hemmx ħtieġa tal-Gvern u għalhekk l-ispazju għandu jingħata lis-settur privat.  Hu qal li kull fejn il-Gvern wettaq proċess ta’ privatizzazzjoni dan ta riżultati pożittivi, għaliex is-settur privat investa aktar u ħoloq impjiegi ġodda f’oqsma differenti.
Tonio Fenech qal li l-Gvern wettaqil-privatizzazzjoni b’sensittività lejn il-ħaddiema. L-iskemi li ħareg il-Gvern għal ħaddiema tat-Tarzna kienet suċċess, tant li 1567 ħaddiem tat-Tarzna ħadu l-iskema. Dan ifisser li 96% tal-ħaddiema ħadu l-iskema.  Fl-istess waqt il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ offriet assistenza lill-ħaddiema tat-Tarzna u tagħthom gwida dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li jistgħu jidħlu għalihom.
Il-proċess li jmiss fil-privatizzazzjonitat-Tarzna hu li jiġu analizzati l-offerti u jintgħazel il-preferred bidder biex jibdew in-negozjati miegħu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow