14-IL OFFERTA GĦAT-TARZNA
PR0220
12/02/2009
| Il-Gvern illum kien infurmat | mill-Privatisation Unit li kien hemm total ta’ 14-il offerta mressqa għat-Tarzna ta’ Malta. Dawn l-offerti tressqu minn kumpaniji minn madwar id-dinja, fosthom Ewropej u Ażjatiċi. |
| Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u | l-Investiment l-Onor Tonio Fenech, qal li l-Gvern jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li tressqu 14-il offerta għall-partijiet differenti fil-privatizzazzjoni tat-Tarzna. L-offerti daħlu kif ġej: |
| Marsa Ship Building | 3 offerti |
| Malta Ship Repair | 3 offerti |
| Malta Superyachts | 5 offerti |
| Manoel Island Yacht | Yard 3 offerti |
| Il-Ministru Tonio Fenech qal li l-politika | tal-Gvern hi li joħroġ minn dawk il-kumpaniji kummerċjali fejn il-Gvern m’għandux ikollu sehem fihom. Hu qal li l-Gvern jemmen li m’għandux ikun preżenti f’dawk l-oqsma ekonomiċi u kummerċjali fejn ma hemmx ħtieġa tal-Gvern u għalhekk l-ispazju għandu jingħata lis-settur privat. Hu qal li kull fejn il-Gvern wettaq proċess ta’ privatizzazzjoni dan ta riżultati pożittivi, għaliex is-settur privat investa aktar u ħoloq impjiegi ġodda f’oqsma differenti. |
| Tonio Fenech qal li l-Gvern wettaq | il-privatizzazzjoni b’sensittività lejn il-ħaddiema. L-iskemi li ħareg il-Gvern għal ħaddiema tat-Tarzna kienet suċċess, tant li 1567 ħaddiem tat-Tarzna ħadu l-iskema. Dan ifisser li 96% tal-ħaddiema ħadu l-iskema. Fl-istess waqt il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ offriet assistenza lill-ħaddiema tat-Tarzna u tagħthom gwida dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li jistgħu jidħlu għalihom. |
| Il-proċess li jmiss fil-privatizzazzjoni | tat-Tarzna hu li jiġu analizzati l-offerti u jintgħazel il-preferred bidder biex jibdew in-negozjati miegħu. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984