STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
PR0215
11/02/2009
RISPOSTA LILL-ATP
| Il-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni jirreferi għall-istqarrija ta’ l-ATP u kummenti li hu kkwotat li għamel lill-istampa l-President Victor Spiteri. |
| Il-Gvern għandu kull intenzjoni | jonora l-obbligi kuntrattwali tiegħu u jħallas wara li tintemm il-verifika li għaddejja bħalissa, pagamenti dovuti għall-2008. |
| L-argument li qed isir dwar | sussidju fil-ġranet ta’ l-istrajk u logħob bil-kliem ta’ l-Assoċjazzjoni. Minkejja kull interpretazzjoni li l-ATP qed tipprova timprovizza huma l-fatti huma kif jidhru fl-iskambju ta’ korrispondenza elettronika tas-17 ta’ Lulju 2008 u li l-Gvern ippubblika. |
| L-ATP qed tippretendi li | titħallas għall-ġranet ta’ l-istrajk, imbagħad wara ikun imiss lill-Gvern imur arbitraġġ biex il-Gvern jieħu lura l-flus li ma kinux dovuti lill-ATP imma jkunu ġà tħallsulhom. Din hi pożizzjoni assurda li ma tistax tiġi aċċettata. Jekk il-Gvern iħallas tal-ġranet li fihom l-ATP strajkat, il-Gvern ikun, bl-att sempliċi tal-ħlas, qed jirrikinoxxi li dawn il-flus huma dovuti lilhom. Il-Gvern dan ma jirrikonoxxiehx u jekk l-ATP għada ma taqbilx mal-pożizzjoni tal-Gvern hi libera tfittex ‘il-ADT għalihom. Il-Gvern itenni li jaċċetta kull deċiżjoni t’arbitru miċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ. |
| L-ATP issa qed targumenta li | għandu jinqgħatalha parti mis-sussidju għall-ġranet ta’ l-istrajk iżda m’hux is-sussidju kollu. L-ATP hi kkwotata mill-istampa li qed tgħid li għandha tiġi mmultata €11,000 kuljum (il-medja ta’ kemm titħallas sussidju kuljum) flok €62,200 kuljum (il-medja ta’ kemm il-Gvern jiggarantixxi fi dħul kuljum mit-trasport pubbliku). |
| L-argument tal-ATP dwar kemm | għandu jinqata’ sussidju għall-ġranet ta’ l-istrajk ma jistax jiġi aċċettat. Is-sussidju li jħallas il-Gvern ipatti għad-differenza bejn id-dħul garantit tas-sidien għal kull liċenzja u d-dħul mill-bejgħ tal-biljetti fuq sena sħiħa. Li kellu jiġri kif qed tgħid l-ATP u li allura għall-ġranet ta’ l-istrajk jinqatgħu f’multa l-kumpens medju li titħallas għal kull ġurnata xogħol normali, il-Gvern xorta effettivament ikun qed jissussidja lill-ATP għall-ġranet meta strajkjaw. |
| Dan għax is-sussidju medju għal | kull ġurnata jassumi li f’dik il-ġurnata kien hemm ukoll id-dħul medju mill-bejgħ tal-biljetti. Iżda fil-ġranet li fihom strajkjat l-ATP ma kien hemm ebda dħul mill-biljetti u dan biss minħabba l-għażla tagħhom li jieqfu mix-xogħol. M’hemmx dubju li l-istrajk hu jedd tal-membri ta’ l-ATP. Iżda l-prezz tad-deċiżjoni li jeżerċitaw dak il-jedd iridu jħallsuh huma, m’hux iħallas għalih il-Gvern (jiġifieri min iħallas it-taxxi) għax jekk ma jitnaqqasx id-dħul mitluf fil-ġranet ta’ l-istrajk, l-ispiża tad-deċiżjoni tagħhom tiġi tidher fid-differenza bejn dħul u nfieq fl-aħħar tas-sena u jkollha titħallas fis-sussidju. Dan il-Gvern m’hux se jagħmlu. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984