AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦIET GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)
| Id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni | tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru tixtieq tgħarraf li fil-ġimgħat li ġejjin ser tniedi sejħiet ġodda separati għall-proposti ta’ proġetti li ser ikunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013. |
| Applikanti eleġibbli ser ikunu mistiedna | jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqaw taħt l-Assi ta’ Prijorità tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittività għall-Kwalità ta’ Ħajja Aħjar’ li ġejjin: |
§ Assi ta’ Prijorità 4:Titjib fis-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali
Settur: Enerġija – sejħa ristretta għal interventi li jirrigwardaw l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kif ukoll sorsi ta’ enerġiji li jistgħu jiġġeddu, fl-infrastruttura t’Għawdex (allokazzjoni finanzjarja totali: EUR 5 miljuni)
§ Assi ta’ Prijorità 6: Riġenerazzjoni Urbana u Titjib fil-Kwalità tal-Ħajja
Setturi:
- Mobilità Interna – sejħa ristretta għal azzjonijiet li jippromovu l-użu ta’ trasport alternattiv u azzjonijiet relatati mat-trasport urban nadif (allokazzjoni finanzjarja totali: EUR 7 miljuni);
- Aċċessibilità Elettronika (allokazzjoni finanzjarja totali: EUR 25 miljun);
- Infrastruttura għall-Edukazzjoni, Soċjali u dik marbuta mas-Saħħa – sejħa ristretta għall-azzjonijiet fis-settur tal-edukazzjoni formali (allokazzjoni finanzjarja totali: EUR 10 miljuni);
- Monitoraġġ Ambjentali (allokazzjoni finanzjarja totali: EUR 5 miljuni).
It-tnedija tas-sejħiet infushom u tas-Sessjonijiet ta’ Informazzjoni ser jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin fuq il-midja lokali u fuq il-paġna elettronika tal-PPCD www.ppcd.gov.mt/calls_all. Il-formoli tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata mas-sejħiet ser ikunu aċċessibbli fuq din l-istess paġna.
Aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq www.ppcd.gov.mt jew mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt.
Dan huwa avviż preliminari li qed isir sabiex jagħti żmien biżżejjed għat-tħejjija tal-proġetti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984