KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET F’GĦELUQ IT-30 ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TA’ DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI
PR0209
11/02/2009
| Kunċerti minn Demo Moselli u l-banda tiegħu u | minn Amadeo Minghi |
| Tletin sena ilu, preċiżament | fil-11 ta’ Frar 1979 dik li kienet is-Sagra Infermeria ta’ żmien il-Kavallieri u wara serviet anke bħala kwartieri tal-pulizija fost affarijiet oħra, kienet inawgurata bħala Ċentru tal-Konferenzi li kellu storja kbira ta’ suċċess. Il-Gvern ta’ dak iż-żmien li kien ħa dik id-deċiżjoni kien għamel deċiżjoni għaqlija li għadna ngawdu l-frott tagħha anke llum. Dan qalitu l-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, f’konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha tħabbar il-programm ta’ attivitajiet biex ifakkar it-30 anniversarju taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi. |
| Illum qed nikkommemoraw it-30 | anniversarju mit-trasformazzjoni ta’ dan il-post f’ Ċentru Eċċellenti tal-Konferenzi. Dan il-post, li ra mill-paġni tal-istorja ta’ pajjiżna, għandu dak kollu li hu meħtieġ biex tassew jagħmluh sit uniku. Ftit huma dawk il-postijiet li huma msawra fuq sisien storiċi, imżewwqa b’elementi estetikament sbieħ u li jistgħu jilqgħu ’l fuq minn 2,400 persuna fl-istess ħin. |
| Dan il-post, apparti l-binja, | għandu karattru li jinstilet mill-istorja. Dan hu wieħed minn 26 ċentru storiku li jiffurmaw dawk li huma msejħa l-Historic Conference Centres of Europe - Ċentri li primarjament huma żoni storiċi u li għandhom faċilitajiet ta’ livell għoli għall-konferenzi. |
| Il-Ministru Cristina sostniet li | dan iċ-Ċentru hu wieħed li għandu potenzjal biex ikompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu bħala ċentru tal-konferenzi minħabba numru ta’ fatturi oħra li jmorru lil hinn mill-aspetti fiżiċi. F’pajjiżna Dar il-Mediterran għall-Konferenzi hu l-uniku post li għandu 7 swali għall-konferenzi bil-faċilità ta’ traduzzjonijiet simultanji. |
| Tul l-aħħar snin sar | investiment ta’ aktar minn MILJUN EWRO biex intejjbu l-infrastruttura tal-post. Dan l-investiment sar kemm fuq il-bini - billi ġew mtejba s-swali l-kbar, il-kmamar fejn isiru l-laqgħat, u l-faċċata - kif ukoll investiment fit-teknoloġija, l-informatika u t-telekomunikazzjoni. Kuntrarju għal dak li jiġri f’numru ta’ postijiet oħra tal-Gvern, dan l-investiment importanti sar kollu mill-fondi li jiġġenera dan il-post stess bil-ħidma tiegħu. |
| Il-Ministru tal-Kultura qalet li | ċ-Ċentru jkompli jżid mal-valur tal-prodott Malta. Fil-fatt in-natura tal-post, li huwa wieħed minn 26 ċentru simili madwar d-dinja, hija fattur important li jfittxu klijenti internazzjonali meta jiġu biex jagħżlu fejn jagħmlu l-konferenzi internazzjonali tagħhom. |
| Dan il-post, grazzi għall-Bord | tad-Diretturi u l-Management tiegħu rnexxielu jattira lejn Malta ismijiet kbar, f’dak li jirrigwarda kumpaniji multinazzjonali li għażlu lil Malta minħabba Dar il-Mediterran. Fost dawn insibu ismijiet bħal Ericsson, IBM, Pfizer, Nortel, Deutsche Bank, Philips, FEDEX u Glaxo Wellcome. |
| Iċ-Ċentru rnexxielu jospita avvenimenti kbar | oħra li jibqgħu jissemmew bħalma kienu s-summit ta’ Bush-Gorbachev fl-1989 kif ukoll ic-CHOGM fl-2005. |
| L-organizzazzjoni tal-konferenzi hi funzjoni | waħda (u forsi fost l-ewlenin) li joffri dan il-bini. Iżda mhux hekk biss. Is-sala prinċipali serviet ta’ teatru għal numru ta’ wirjiet ta’ talenti nazzjonali u internazzjonali li taw kunċerti memorabbli fih. Il-qofol ta’ dawn kienu jinkludu kunċerti u rapprezentazzjonijiet minn kumpaniji bħat-Teatro La Scala, Teatro San Carlo ta’ Napli, il-Ballet Nacional d’Espana, Bolshoi u tant oħrajn. |
| Iċ-Ċentru tal-Konferenzi għandu wkoll rwol | edukattiv u kulturali. Hu tajjeb li t-tfal mill-iskejjel tagħna jżuruh biex jaraw mhux biss is-sbuħija arkitettonika tiegħu, imma anke jitgħallmu aktar dwar l-istorja tal-pajjiż permezz tal-funzjonijiet li qeda u l-avvenimenti li seħħew f’dan iċ-Ċentru. Hu wkoll importanti li Dar il-Mediterran tkompli taqdi wkoll ir-rwol kulturali li għandha billi tressaq aktar lill-poplu lejn il-kultura. |
| Matul is-sena li għaddiet, | b’deċiżjoni tal-Ministeru, it-tmexxija ta’ Dar il-Mediterran u tat-Teatru Manoel, ingħaqdu taħt Bord tad-Diretturi wieħed biex b’hekk ikun hemm aktar sinerġija bejn dawn iż-żewġ teatri li għandhom jikkumplimentaw lil xulxin u jsir użu aħjar tar-riżorsi li għandna. |
| Il-Ministru Cristina qalet li | filwaqt li dawn kienu 30 sena ta’ ħidma u suċċess ma nistgħux inkunu kuntenti u nieqfu hawn. Irridu nħarsu ’l quddiem lejn sfidi ġodda li rridu negħlbu. |
| Irridu nibnu fuq is-suċċessi | miksuba u l-valuri li jagħmlu dan il-post uniku biex inkomplu nsaħħuħ fil-missjoni tiegħu li jattira lejn pajjiżna ismijiet kbar kemm fuq livell ta’ konferenzi kif ukoll fuq livell kulturali. |
| Il-Gvern, fil-programm ta’ | proġetti li għandu biex jirriġenera l-belt Valletta jara dawn iż-żoni mhux sempliċiment bħala bajjiet pittoreski. Il-Gvern iqis dawn il-postijiet bħala fus ekonomiku importanti li jtejjeb il-pożizzjoni ta’ Malta fil-kuntest ta’ dak li noffru bħala prodott turistiku. |
| Hemm ir-riġinerazzjoni tal-Forti | Sant Iermu u l-proposta li jkun hemm lukandi oħra fil-viċinanzi ta’ hawnhekk. Dawn huma proġetti importanti li jkomplu jsaħħu l-importanza ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. |
| Irridu nkomplu naħdmu biex dan il-post ikompli | jkun imtejjeb u kapaċi jaħtaf l-opportunitajiet li r-riġenerazzjoni taż-żoni bisiwitu jġibu magħhom. Dan il-post diġà kien it-teatru, biex insejħulu hekk, ta’ mumenti storiċi f’pajjiżna. |
| Mingħajr dubju li l-futur ta’ | dan il-post huwa wieħed li għandu jkompli jsaħħaħ kemm il-prodott Malti kif ukoll kontributur lejn it-titjib taż-żona, fl-istess waqt li jkompli jagħti l-kontribut tiegħu għat-tisħiħ tal-kultura f’pajjiżna, temmet tgħid il-Ministru. |
Fil-konferenza tkellem ukoll Dr. Peter Fenech, ic-Chairman tal-Bord tad-Diretturi li ta dettalji tal-programm li qed jitħejja biex ifakkar dan l-anniversarju u li se jkun mifrux tul is-sena kollha.
| Fost attivitajiet li huma | ppjanati hemm kunċert mill-Orkestra tal-magħruf Surmast Taljan Demo Morselli li kien responsabbli għall-mużika ta’ diversi programmi televiżivi fl-Italja, kunċert minn Amadeo Minghi, wirjiet, kompetizzjoni għat-tfal tal-iskejjel, żjarat kulturali u wirja li matulha ċ-Ċentru se jkun trasformat fi sptar kif kien jintuża fi żmien il-Kavallieri. |
| Dr. Fenech stieden lill-pubbliku | Malti biex jieħu l-okkażjoni ta’ dawn il-festi u jżur iċ-Ċentru biex jammira s-sbuħija tiegħu u jkun jaf aktar dwar l-istorja ta’ Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984