Left arrow Mur Lura

Chairman ġdid għall-Park tal-MajjistraL

PR0205
Date Icon 10/02/2009
Dr Ian Castaldi Paris inħatar Chairmantal-Bord tal-Immaniġġjar tal-Park ta’ Natura u Storja tal-Majjistral.  Il-Bord tal-Immaniġġjar huwa kompost minn tliet rapprezentanti tal-Gvern u tliet membri oħra li jirraprezentaw lill-għaqdiet ambjentali Nature Trust, Din l-Art Ħelwa u l-Fondazzjoni Gaia.
Dr Castaldi Paris se jieħu post Dr StanleyZammit li kien irrezenja mill-kariga minħabba raġunijiet personali.  Dr Castaldi Paris huwa prezentament is-Sindku ta’ Ħal Lija.
Il-Ministru George Pullicino esprimasodisfazzjon li Dr Castaldi Paris aċċetta l-inkarigu ta’ Chairman u ħeġġeġ lic-Chairman il-ġdid biex il-bord ikompli jaħdem biex jogħla l-profil tal-Park tal-Majjistral u fl-istess waqt isiru aktar attivitajiet biex dan is-sit isir aktar apprezzat.
Is-sit tal-Park tal-Majjistral ikopri area ta’madwar 2.6 kilometru kwadru, li huwa madwar ħames darbiet id-daqs tal-Belt Valletta.  Is-sit għandu importanza xjentifika, bioloġika u kulturali u fih jinstabu ambjenti differenti li fihom rikkezza ta’ flora u fawna endemika u ammont ta’ siti storiċi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow