STQARRIJA TAL- Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni
PR0204
10/02/2009
| TWEĠIBA LILL-ASSOĊJAZZJONI TAT-TRASPORT | PUBBLIKU |
| Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport | u Komunikazzjoni jirreferi għal kummenti li hu kkwotat li ta lill-istampa l-President ta’ l-ATP, is-Sur Victor Spiteri. |
| Il-Ministeru jesprimi sorpriża għall-fatt li | l-ATP qed tilmenta li l-Gvern ordna verifika fil-kotba finanzjarji tagħha qabel iħallasha l-€1.5 miljun li l-ATP qed tgħid li l-Gvern għandu jtiha. Id-dritt li jordna verifika hi stabbilita fl-istess kuntratt bejn il-Gvern u l-ATP li jipprovdi għas-sussidju, u verifika minn awdituri indipendenti hi l-unika mod responsabbli kif jiġu amministrati l-fondi pubbliċi. |
| Il-Gvern jikkonferma li ser jonora l-obbligi | kuntrattwali li għandu ma’ l-ATP u meta titlesta l-verifika mill-awdituri indipendent fil-kotba ta’ l-ATP, iħallas is-sussidju dovut għall-operat fl-2008. |
| Il-Gvern ma jistax jaċċetta iżda li l-ammont | dovut ikun jinkludi sussidju għal ġranet li fih ma ngħata ebda servizz għax l-ATP ordnat strajk. |
| Il-Gvern itenni l-pożizzjoni tiegħu li jekk | l-ATP tibqa’ sejra bit-theddida tagħha li twaqqaf is-servizz m’għandhiex imbagħad tistenna lill-Gvern ipattilha bis-sussidju l-flus li tkun tilfet minn biljetti li bigħatx għax ħarġet fuq strajk. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984