STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAR-RIZORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0203
10/02/2009
| Aktar għajnuna għal-proċessuri u | l-produtturi tat-tadam. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | George Pullicino il-bierah indirrizza l-laqgħa ġenerali annwali tal-għaqdiet tal-produtturi tat-tadam. Hu beda billi rringrazzja lill-bdiewa kif ukoll lill-proċessuri li qed jaħdmu biex jiżguraw li jkun hawn suq għal dan il-prodott. |
| Dan | is-settur qiegħed kull ma jmur itejjeb l-effiċjenza tiegħu biex jipprovdi prodott ta’ kwalita’ u jsir aktar effiċjenti permezz tal-għajnuna teknika u finanzjarja. Il-Ministru Pullicino qal li meta l-Gvern ta’ d-direzzjoni għat-twaqqif tal-Għaqdiet tal-Produtturi fl-ewwel Pjan għall-Izvilupp Rurali 2004/2006, il-Gvern wera li fehem l-importanza li dan is-settur jkun f’posizzjoni li jagħmel ir-ristruttar meħtieġ. Kull għajnuna li qed tingħata, kemm dik tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dik mill-Gvern Malti, tirrifletti t-titjib li qiegħed isir fil-metodi tal-kultivazzjoni, fil-kwalita’ tat-tadam u fl-effiċjenza fil-produzzjoni. |
| Wara | l-ewwel pjan, il-Gvern rega’ fassal it-tieni Pjan għall-Izvilupp Rurali 2007/2013 li jinkludi pakkett finanzjaru ta’ €100 miljun għall-izvilupp agrikolu lokali, inkluż is-settur tad-tadam. Ma’ dawn l-għajnuniet hemm ukoll l-għajnuna diretta mill-Gvern ta’ qabel is-sħubija fl-Unjoni Ewropea imsejħa SMPPMA. |
| Il-Ministru Pullicino żied jgħid li | bil-koperazzjoni tal-għaqdiet tal-produtturi, tal-proċessuri u tal-uffiċċjali tal-Ministeru l-Gvern jinsab f’posizzjoni li jħabbar dawn l-għajnuniet. L-għajnuna totali tal-Gvern taħt l-SMPPMA tlaħħaq €1,4Miljun għall-ħames għaqdiet tal-produtturi li pproduċew tadam għal-ipproċessar għas-sena 2008. Dan minbarra l-€484 (Lm207.78) bħala intitolament għal kull tomna art , li fiha jitkabbar it-tadam għal-ipproċessar, li l-Gvern innegozja mal-Unjoni Ewropea għall-dan is-settur. |
| Il-Ministru Pullicino żied jgħid li l-iSkema ta’ | Marketing Aid għall-proċessuri u produtturi tat-tadam se titħallas fil-ġranet li ġejjin ukoll wara li jiġu sottomessi l-bqija tal-financial statements tal-2007. Is-somma totali hi ta’ madwar €250,000 (Lm107,325) għall-proċessuri u l-għaqdiet tal-produtturi. |
| Apparti l-għajnuna finanzjarja, l-Gvern se jibqa’ | għaddej ukoll b’għajnuna oħra importanti li hija l-promozzjoni u l-għarfien dwar il-prodott frisk lokali. Il-Kumitat li twaqqaf biex jppromwovi l-prodott frisk lokali, ħejja numru ta’ attivitajiet mifruxa fuq is-sena kollha biex jippromwovu l-prodotti lokali, inkluż it-tadam. |
| Il-Ministru Pullicino temm l-intervent tiegħu | billi tenna li l-ħidma tagħhom flimkien mal-Ministeru hija importanti sabiex ikomplu jinbnew pjanijiet li jħarsu fit-tul sabiex dan is-settur ikompli jisaħħaħ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984