STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0201
09/02/2009
| Xogħol ta’ bankini fi Triq | Sliema, San Ġwann |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | jirreferi għal xi xogħol ta’ rranġar fuq bankini eżistenti li għaddej bħalissa fi Triq Sliema f’San Ġwann. Il-Ministeru jesprimi diżappunt li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann għoġbu jikkritika pubblikament xogħol ta’ rranġar fuq bankini eżistenti li qed isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fl-istess waqt li għaddej ukoll xogħol ta’ resurfacing tal-wiċċ tat-triq. |
| Il-Ministeru ma jistax ma jinnotax kif | il-Kunsill għoġbu jdawwar azzjoni pożittiva f’kontroversja meta x-xogħol in kwistjoni qed isir a spejjeż tal-Gvern Ċentrali. Filwaqt li jifhem u japprezza l-importanza tal-konsultazzjoni, il-Ministeru jtenni li x-xogħol li għaddej bħalissa huwa sempliċiment irranġar tal-wiċċ tal-bankina eżistenti u xogħol ieħor ta’ rranġar tal-kurduna tal-istess bankina. Fix-xogħol li għaddej bħalissa mhu qed isir l-ebda xogħol li b’xi mod iwassal għal alignment ġdid tal-bankina, jew xi xogħol li jista’ jwassal biex tinbidel il-fiżjonomija preżenti tat-triq. |
| Il-Ministeru hu tal-fehma li ġaladarba l-bankini | kellhom bżonn ta’ xogħol ta’ tiswija urġenti, kien opportun li dan isir waqt li għaddej ix-xogħol tat-triq biex jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti u għas-sewwieqa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984