Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR0201
Date Icon 09/02/2009
Xogħol ta’ bankini fi TriqSliema, San Ġwann
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruralijirreferi għal xi xogħol ta’ rranġar fuq bankini eżistenti li għaddej bħalissa fi Triq Sliema f’San Ġwann.  Il-Ministeru jesprimi diżappunt li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann għoġbu jikkritika pubblikament xogħol ta’ rranġar fuq bankini eżistenti li qed isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fl-istess waqt li għaddej ukoll xogħol ta’ resurfacing tal-wiċċ tat-triq.
Il-Ministeru ma jistax ma jinnotax kifil-Kunsill għoġbu jdawwar azzjoni pożittiva f’kontroversja meta x-xogħol in kwistjoni qed isir a spejjeż tal-Gvern Ċentrali.  Filwaqt li jifhem u japprezza l-importanza tal-konsultazzjoni, il-Ministeru jtenni li x-xogħol li għaddej bħalissa huwa sempliċiment irranġar tal-wiċċ tal-bankina eżistenti u xogħol ieħor ta’ rranġar tal-kurduna tal-istess bankina.  Fix-xogħol li għaddej bħalissa mhu qed isir l-ebda xogħol li b’xi mod iwassal għal alignment ġdid tal-bankina, jew xi xogħol li jista’ jwassal biex tinbidel il-fiżjonomija preżenti tat-triq.
Il-Ministeru hu tal-fehma li ġaladarba l-bankinikellhom bżonn ta’ xogħol ta’ tiswija urġenti, kien opportun li dan isir waqt li għaddej ix-xogħol tat-triq biex jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti u għas-sewwieqa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow