Left arrow Mur Lura

KARNIVAL REĠJONALI TA’ GĦAWDEX 2009

PR0200
Date Icon 09/02/2009
Il-Kumitatgħaċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali f’Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex għal darba oħra se jorganizza programm sħiħ tal-Karnival ta’ Għawdex mifrux fuq għaxart ijiem.  Il-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex se jibda mis-Sibt 14 ta’ Frar u jiġi fi tmiemu t-Tlieta 24 ta’ Frar.
Il-programm se jkun imqassamkif ġej:

Is-Sibt 14 ta’ Frar 2009 - Ftuħ tal-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex b’defilè grandjuż minn Pjazza Savina u tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza Kennedy, Victoria

Ħin:    6.30 p.m.

Spettaklu ta’ żfin minn Kumpaniji, Maskri Grotteski, Banda u Karrijiet Trijonfali fi Pjazza Kennedy, Victoria.

Ħin: 7.30 p.m.

Il-Ħadd 15 ta’ Frar 2009 - Karnival ta’ l-Għarb organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb

Ħin:  4.00 p.m.

It-Tnejn 16 ta’ Frar 2009 - Inawgurazzjoni ta’ Wirja Fotografika dwar il-Karnival ta’ Għawdex tal-fotografu Mike Wong Beresford. Banca Giuratale, Pjazza Indipendenza, Victoria.

Ħin: 7.00 p.m.

L-Erbgħa 18 ta’ Frar 2009 - “Maskarat tini perlina” – serata għal  parteċipanti kollha u helpers tal-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2009 fiċ-Ċentru għal Kultura u Arti fiċ-Ċittadella.

Ħin: 7:00 p.m.

Il-Ħamis 19 ta’ Frar 2009 - Karnival ta’ Kerċem organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem

Ħin: 6:30 p.m.

Karnival tan-Nadur organizzat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.

Ħin: 6:00 p.m.

Il-Ġimgħa 20 ta’ Frar 2009

Karnival  “Mit-Tfal għat-Tfal”  mill-Kumpaniji tat-Tfal ta’ l-Iskejjel Għawdxin li jibda b’defilè tul Triq ir-Repubblika u jkompli b’wirjiet ta’ żfin fl-enclosure fi Pjazza Indipendenza.

Ħin: 10.00 a.m.

Karnival tax-Xagħra organizzat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra fil-pjazza ewlenija tar-raħal.

Ħin: 6:00 p.m. ‘il quddiem

Is-Sibt 21 ta’ Frar 2009  Karnival Reġjonali tat-Tfal  fl-enclosure fi Pjazza Indipendenza, Victoria.

Ħin:  10:00 a.m.

Karnival tax-Xewkija organizzat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija.

Ħin:  5:30 p.m. ‘il quddiem

Karnival ta’ San Lawrenz organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz fil-pjazza ewlenija tar-raħal.

Ħin: 7:30 p.m.

Il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009 Karnival tal-Munxar fil-Pjazza tal-Knisja organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar.

Ħin:  9:30 a.m. ‘il quddiem

- Karnival Reġjonali ta’ Għawdex b’defilè grandjuż u kompetizzjonijiet ta’ żfin fl-enclosure fi Pjazza Indipendenza, Victoria

Ħin:   3:00 p.m. ‘il quddiem

It-Tnejn 23 ta’ Frar 2009 - Karnival taż-Żebbuġ organizzat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ.

Ħin:  6:30 p.m. ‘il quddiem

Karnival tal-Qala organizzat fi Pjazza San Ġużepp  mill-Kunsill Lokali tal-Qala

Ħin:  7:00 p.m. ‘il quddiem

- Karnival ta’ Sannat organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat

Ħin:  6.30 p.m. ‘il quddiem

It-Tlieta 24 ta’ Frar 2009 Għeluq tal-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex b’defile’ grandjuż u kompetizzjonijiet ta’ żfin fl-enclosure u Grand Finale fi Pjazza Indipendenza, Victoria

Ħin:    7:00 p.m.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow