KARNIVAL REĠJONALI TA’ GĦAWDEX 2009
| Il-Kumitat | għaċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali f’Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex għal darba oħra se jorganizza programm sħiħ tal-Karnival ta’ Għawdex mifrux fuq għaxart ijiem. Il-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex se jibda mis-Sibt 14 ta’ Frar u jiġi fi tmiemu t-Tlieta 24 ta’ Frar. |
| Il-programm se jkun imqassam | kif ġej: |
| Is-Sibt 14 ta’ Frar 2009 | - | Ftuħ tal-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex b’defilè grandjuż minn Pjazza Savina u tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza Kennedy, Victoria Ħin: 6.30 p.m. Spettaklu ta’ żfin minn Kumpaniji, Maskri Grotteski, Banda u Karrijiet Trijonfali fi Pjazza Kennedy, Victoria. Ħin: 7.30 p.m. |
| Il-Ħadd 15 ta’ Frar 2009 | - | Karnival ta’ l-Għarb organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb Ħin: 4.00 p.m. |
| It-Tnejn 16 ta’ Frar 2009 | - | Inawgurazzjoni ta’ Wirja Fotografika dwar il-Karnival ta’ Għawdex tal-fotografu Mike Wong Beresford. Banca Giuratale, Pjazza Indipendenza, Victoria. Ħin: 7.00 p.m. |
| L-Erbgħa 18 ta’ Frar 2009 | - | “Maskarat tini perlina” – serata għal parteċipanti kollha u helpers tal-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2009 fiċ-Ċentru għal Kultura u Arti fiċ-Ċittadella. Ħin: 7:00 p.m. |
| Il-Ħamis 19 ta’ Frar 2009 | - | Karnival ta’ Kerċem organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem Ħin: 6:30 p.m. Karnival tan-Nadur organizzat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur. Ħin: 6:00 p.m. |
Il-Ġimgħa 20 ta’ Frar 2009 | Karnival “Mit-Tfal għat-Tfal” mill-Kumpaniji tat-Tfal ta’ l-Iskejjel Għawdxin li jibda b’defilè tul Triq ir-Repubblika u jkompli b’wirjiet ta’ żfin fl-enclosure fi Pjazza Indipendenza. Ħin: 10.00 a.m. Karnival tax-Xagħra organizzat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra fil-pjazza ewlenija tar-raħal. Ħin: 6:00 p.m. ‘il quddiem | |
| Is-Sibt 21 ta’ Frar 2009 | Karnival Reġjonali tat-Tfal fl-enclosure fi Pjazza Indipendenza, Victoria. Ħin: 10:00 a.m. | |
| Karnival tax-Xewkija organizzat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija. Ħin: 5:30 p.m. ‘il quddiem Karnival ta’ San Lawrenz organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz fil-pjazza ewlenija tar-raħal. Ħin: 7:30 p.m. | ||
| Il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009 | Karnival tal-Munxar fil-Pjazza tal-Knisja organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar. Ħin: 9:30 a.m. ‘il quddiem | |
| - | Karnival Reġjonali ta’ Għawdex b’defilè grandjuż u kompetizzjonijiet ta’ żfin fl-enclosure fi Pjazza Indipendenza, Victoria Ħin: 3:00 p.m. ‘il quddiem | |
| It-Tnejn 23 ta’ Frar 2009 | - | Karnival taż-Żebbuġ organizzat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ. Ħin: 6:30 p.m. ‘il quddiem Karnival tal-Qala organizzat fi Pjazza San Ġużepp mill-Kunsill Lokali tal-Qala Ħin: 7:00 p.m. ‘il quddiem |
| - | Karnival ta’ Sannat organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat Ħin: 6.30 p.m. ‘il quddiem | |
| It-Tlieta 24 ta’ Frar 2009 | Għeluq tal-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex b’defile’ grandjuż u kompetizzjonijiet ta’ żfin fl-enclosure u Grand Finale fi Pjazza Indipendenza, Victoria Ħin: 7:00 p.m. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984