ŻIEDA FIL-KONSUM TA’ FROTT U ĦAXIX
PR0199
09/02/2009
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, | jinnota b’sodisfazzjoni żieda fil-volum u fil-valur ta’ 5.3% li kien hemm fil frott u l-ħaxix fl-aħħar kwart tas-sena 2008. Dan joħroġ mill-istqarrija maħruġa llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika numru 023/2009. |
| Il-figuri juru kif il-konsumatur qiegħed | jikkonsma aktar u jgawdi minn kwantita’ kbira u kwalita’ għolja, ta’ frott u ħaxix frisk lokali. Din il-fiduċja fil-bidwi Malti tinkoraġġixxi aktar lis-settur tal-biedja biex jibqa’ jipprovdi ħxejjex u frott frisk lokali. |
| Il-Gvern jinnota b’sodisfazzjon li l-ħidma | tiegħu favur aktar promozzjoni ta’ frott u ħaxix frisk lokali qed tħalli riżultati. Il-Gvern jinsab għaddej b’ħidma kontinwa sabiex dan is-settur ikompli jisaħħaħ u kien għalhekk li twaqqaf il-kumitat għall-promozzjoni tal-prodott frisk lokali. Qed jingħataw ukoll diversi għajnuniet kemm minn fondi lokali, u aktar minn fondi Ewropej, biex isir investiment fl-immodernizzar tas-settur agrikolu. B’hekk il-bidwi jkun jista’ jaġġorna ruħu għall-isfidi tal-lum u fl-istess ħin ikun żgurat żvilupp sostenibbli f’dan il-qasam. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984