Left arrow Go Back

ŻIEDA FIL-KONSUM TA’ FROTT U ĦAXIX

PR0199
Date Icon 09/02/2009
Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali,jinnota b’sodisfazzjoni żieda fil-volum u fil-valur ta’ 5.3% li kien hemm fil frott u l-ħaxix fl-aħħar kwart tas-sena 2008. Dan joħroġ mill-istqarrija maħruġa llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika numru 023/2009.
Il-figuri juru kif il-konsumatur qiegħedjikkonsma aktar u jgawdi minn kwantita’ kbira u kwalita’ għolja, ta’ frott u ħaxix frisk lokali. Din il-fiduċja fil-bidwi Malti tinkoraġġixxi aktar lis-settur tal-biedja biex jibqa’ jipprovdi ħxejjex u frott frisk lokali.
Il-Gvern jinnota b’sodisfazzjon li l-ħidmatiegħu favur aktar promozzjoni ta’ frott u ħaxix frisk lokali qed tħalli riżultati. Il-Gvern jinsab għaddej b’ħidma kontinwa sabiex dan is-settur ikompli jisaħħaħ u kien għalhekk li twaqqaf il-kumitat għall-promozzjoni tal-prodott frisk lokali. Qed jingħataw ukoll diversi għajnuniet kemm minn fondi lokali, u aktar minn fondi Ewropej, biex isir investiment fl-immodernizzar tas-settur agrikolu. B’hekk il-bidwi jkun jista’ jaġġorna ruħu għall-isfidi tal-lum u fl-istess ħin ikun żgurat żvilupp sostenibbli f’dan il-qasam.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow