STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
PR0197
09/02/2009
| THEDDIDA TA’ STRAJK | MILL-ASSOĊJAZZJONI TAT-TRASPORT PUBBLIKU |
| Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni rċieva ultimatum u theddida ta’ strajk mill-President ta’ l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. |
| It-theddida ta’ strajk ġejja mill-fatt li | l-Gvern m’hux iħallas sussidju għall-ġranet f’Lulju 2008 meta l-karozzi tal-linja ma ħadmux għax kienu fuq strajk. |
| Skond il-ftehim bejn il-Gvern u l-ATP, il-Gvern | jigarantixxi lis-sidien tal-karozzi tal-linja livell minimu ta’ dħul matul is-sena. B’din il-garanzija meta jonqsu l-passiġġieri tat-trasport pubbliku, jiżdied is-sussidju li jħallas il-Gvern. |
| Matul ġranet ta’ strajk, is-servizz ta’ trasport | pubbliku jkun wieqaf u ma jiġborx flus mingħand il-passiġġieri. Għalhekk teoretikament il-Gvern ikollu jħallas hu għal kull passiġġieri li ma rikibx tal-linja għax l-ATP irrifjutat li trikkbu għax kienet fuq strajk. L-ATP ppretendiet li tingħata sussidju għal ġranet li ma ħadmitx. |
| Meta kienu qed isiru t-taħdidiet biex jintemm | l-istrajk (nhar is-17 ta’ Lulju 2008), l-ATP qalet li fil-fehma tagħha l-Gvern kellu obbligu kuntrattwali li ma jwaqqafx is-sussidju fil-ġranet ta’ strajk. F’dawk l-iskambji (li kienu qed isiru bil-miktub), il-Gvern, permezz tal-Ministru Austin Gatt, żamm il-pożizzjoni tiegħu u ssuġġerixxa li ż-żewġ partijiet jabqlu li ma jaqblux u fil-każ ikun hemm bżonn il-materja tkun riżolta f’arbitraġġ. Dan is-suġġeriment ġie aċċettat mill-ATP tant li immedjatament tneħħa l-istrajk. |
| Issa l-ATP qed tgħid li l-Gvern għandu l-ewwel | iħallsilha s-sussidju ta’ meta strajkjat, imbagħad wara, jekk irid, ikun il-Gvern li jieħu ‘l-ATP għall-arbitraġġ. L-ATP qed tgħid li jekk il-Gvern ma jħallashiex ta’ meta strajkjat sas-17 ta’ Frar 2009, terġa’ tordna strajk ieħor. |
| Il-Gvern jikkonferma li waqt li joqgħod għal | kwalunkwe deċiżjoni taċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ, mhux lest li joqgħod għal rikatti li huma intiżi biex ibiddlu ftehim ċar li kien intlaħaq u li qed jiġi ppubblikat. Ovvjament, kemm-il darba l-ATP tagħmel ta’ rasha u tordna strajk ieħor, il-Gvern jerġa’ jżomm is-sussidju għall-ġranet tal-istrajk. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984