SERATA MUŻIKO-LETTERARJA FL-IMĠARR
PR0196
09/02/2009
| Il-Ħadd 8 ta’ Frar ġie ċelebrat Jum l-Imġarr bi | programm varjat li kien jinkludi l-għoti tal-Unur Rikonoxximent u l-Unur Ġieħ l-Imġarr waqt Serata Mużiko-Letterarja fl-skola primarja tal-lokalità. |
| Din is-serata tiġi organizzata biex jingħata | rikonoxximent lill-persuni jew għaqdiet li jkunu ddistingwew ruħhom fis-soċjetà Mġarrija. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said faħħar l-inizjattivi u l-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Imġarr. Hu qal li l-motto tal-lokalità ‘Żghir b’ Qalb Kbira’ verament japplika għal ħidma li twettqet minn dan il-Kunsill fl-aħħar ħmistax-il sena. |
| Chris Said spejga | kif il-Kunsill tal-Imġarr ħadem biex jippreserva s-sbuħija naturali, il-wirt storiku u l-aspett rurali tal-Imġarr u fl-istess ħin, permezz ta’ diversi inizjattivi u attivitajiet marbuta mat-tradizzjonijiet rurali tal-lokalità, ġibed lejn l-Imġarr eluf ta’ Maltin u turisti. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li anke l-fatt li l-Kunsill Lokali tal-Imġarr kien qed jirrikonoxxi l-ħidma ta’ numru ta’ persuni mill-lokalità li jaħdmu b’ mod volontarju f’ diversi oqsma huwa turija ta’ kemm il-Kunsill Lokali għandu għal qalbu l-volontarjat u qed jagħmel minn kollox sabiex isaħħaħ dan il-qasam. |
| Chris Said | inkoragixxa Kunsilli Lokali oħra sabiex jimitaw lill-Kunsill Lokali tal-Imġarr li waqqaf Kunsill Lokali taż-żgħażagħ iffurmat minn tnax-il żagħzugħ mil-lokalita’. Dan qed jaħdem id f’id mal-Kunsill Lokali u jgħin f’ kull attività u inizjattiva meħuda minn dan tal-aħħar. |
| Is-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali appella lill-Kunsill Lokali tal-Imġarr sabiex ikompli jaħdem għall-Imġarrin kollha u jassigura li dawn ikollhom l-aqwa kwalità ta’ ħajja fil-lokalità. |
| Għal din is-sena | l-Unur Rikonoxximent ingħata lis-Sinjuri John Mary Vella u Doris Micallef filwaqt li l-Unur Ġieħ l-Imġarr ingħata lill-Kumitat Knisja Żebbiegħ għal ħidma li wettqu fl-aħħar 30 sena biex il-komunità taz-Żebbiegħ illum għandha knisja mill-isbaħ. |
| Fis-serata ħadet | sehem il-Banda Imperial tal-Mellieħa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Tonio Borg flimkien mal-korijiet tal-Imġarr “Ilħna Ferrieħa” u “Regina Coeli” taħt id-direzzjoni ta’ Mary Cauchi u s-solisti Pauline Vella, Lucienne Calleja u Josienne Vella. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984