Left arrow Mur Lura

BRINGING MEDITERRANEAN CITIZENS TOGETHER - FORUM ORGANIZZAT MILL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN PAWL IL-BAĦAR

PR0195
Date Icon 08/02/2009
Il-Kunsill Lokalita’ San Pawl il-Baħar il-bieraħ laqqa’ l-Għaqdiet non-Governattivi tal-Lokalita’ f’forum li sar fl-okkażjoni taż-żjara tas-Sindku Nikolaus Versamis mill-Muniċipalità ta’ Agios Pavios, Thessaloniki, il-Greċja u delegazzjoni ta’ madwar 100 persuna mill-istess belt Griega.
L-okkażjoniserviet ukoll biex jitnieda l-proċess li għandu jwassal għal-ġemellaġġ bejn iż-żewġ lokalitajiet.
Fl-indirizztiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said tkellem dwar il-kunċett tal-ġemellaġġi u qal li f’Malta dan għadu kunċett relattivament ġdid.  Illum f’Malta għandna madwar 70 ġemellaġġ li prinċipalment huma ma’ lokalitajiet Taljani.
Chris Said qal li dan se jkun l-ewwel ġemellaġġma’ belt Griega.  Huwa qal ukoll li fiż-żmien li d-delegazzjoni se tagħmel f’Malta ż-żewġ komunitajiet se jiskopru ħafna elementi komuni.
Is-Segretarju Parlamentari faħħar liż-żewġsindki għall-mod kif dawn ħadmu biex il-ġemellaġġ ikun wieħed tar-residenti u mhux tal-amministraturi.  Huwa qal li f’ċerti każi l-ġemellaġġi jitqiesu bħala ftehim bejn l-amministraturi u r-residenti ma jkunux involuti.  L-iskop tal-ġemellaġġi hu li jressaq residenti ta’ bliet u lokalitajiet differenti lejn xulxin sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jitgħallmu minn xulxin.
Ir-rwol tal-Kunsilli Lokali fil-ġemellaġġi huwali jiffaċilitaw il-koperazzjoni bejn l-Għaqdiet non-Governattivi, għaqdiet kulturali, assoċjazzjonijiet sportivi, entitajiet edukattivi u għaqdiet oħra soċjali.  Il-Kunsilli Lokali jridu jiffaċilitaw ukoll il-koperazzjoni bejn il-komunitajiet kummerċjali.
Chris Said għalaq billi qal li l-ġemellaġġ ikunsuċċess jekk jilħaq dawn l-għanijiet u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar telaq fid-direzzjoni t-tajba.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow