BRINGING MEDITERRANEAN CITIZENS TOGETHER - FORUM ORGANIZZAT MILL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN PAWL IL-BAĦAR
PR0195
08/02/2009
| Il-Kunsill Lokali | ta’ San Pawl il-Baħar il-bieraħ laqqa’ l-Għaqdiet non-Governattivi tal-Lokalita’ f’forum li sar fl-okkażjoni taż-żjara tas-Sindku Nikolaus Versamis mill-Muniċipalità ta’ Agios Pavios, Thessaloniki, il-Greċja u delegazzjoni ta’ madwar 100 persuna mill-istess belt Griega. |
| L-okkażjoni | serviet ukoll biex jitnieda l-proċess li għandu jwassal għal-ġemellaġġ bejn iż-żewġ lokalitajiet. |
| Fl-indirizz | tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said tkellem dwar il-kunċett tal-ġemellaġġi u qal li f’Malta dan għadu kunċett relattivament ġdid. Illum f’Malta għandna madwar 70 ġemellaġġ li prinċipalment huma ma’ lokalitajiet Taljani. |
| Chris Said qal li dan se jkun l-ewwel ġemellaġġ | ma’ belt Griega. Huwa qal ukoll li fiż-żmien li d-delegazzjoni se tagħmel f’Malta ż-żewġ komunitajiet se jiskopru ħafna elementi komuni. |
| Is-Segretarju Parlamentari faħħar liż-żewġ | sindki għall-mod kif dawn ħadmu biex il-ġemellaġġ ikun wieħed tar-residenti u mhux tal-amministraturi. Huwa qal li f’ċerti każi l-ġemellaġġi jitqiesu bħala ftehim bejn l-amministraturi u r-residenti ma jkunux involuti. L-iskop tal-ġemellaġġi hu li jressaq residenti ta’ bliet u lokalitajiet differenti lejn xulxin sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jitgħallmu minn xulxin. |
| Ir-rwol tal-Kunsilli Lokali fil-ġemellaġġi huwa | li jiffaċilitaw il-koperazzjoni bejn l-Għaqdiet non-Governattivi, għaqdiet kulturali, assoċjazzjonijiet sportivi, entitajiet edukattivi u għaqdiet oħra soċjali. Il-Kunsilli Lokali jridu jiffaċilitaw ukoll il-koperazzjoni bejn il-komunitajiet kummerċjali. |
| Chris Said għalaq billi qal li l-ġemellaġġ ikun | suċċess jekk jilħaq dawn l-għanijiet u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar telaq fid-direzzjoni t-tajba. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984