Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT FL-IMĠARR

PR0192
Date Icon 08/02/2009
“Raħal ċkejken,pittoresk u bi storja li twassal eluf ta’ snin” – Hekk iddeskriva ir-raħal ta’ l-Imġarr il-President Eddie Fenech Adami meta dalgħodu flimkien mas-Sinjura Fenech Adami temm iż-żjara uffiċjali.
Il-President FenechAdami qal li kien ta’ pjaċir għalih li jżur l-Imġarr, raħal mimli raba’ u kampanja fost l-isbah li għandna f’Malta. Il-President qal li l-Kunsill Lokali, flimkien ma’ l-għaqdiet volontarji jaħdmu sabiex ir-raħal iżomm l-għeruq tiegħu u jgħożż l-identita’.  Stqarr illi waqt żjarat uffiċjali jiskopri kemm il-Kunsill Lokali huma utili għall-gid komuni tar-residenti.
Il-President,akkumpanjat mis-Sindku Paul Vella, żar il- hamlet mimli raba’ “Tas-Santi” fejn iltaqa’  ma’ Pawla Mifsud ta’ 72  u Duminka Vella ta’ 85 sena li kuljum joħorġu jirgħu n-nagħaġ. Fiż-Żebbiegħ, hamlet ieħor fl-Imġarr, il-President iltaqa’ mal-bdiewa tal-lokal li ħejjew wirja ta’ ħxejjex u frott, prodotti l-art agrikola Imgarija.  Fil-viċinanzi il-President żar is-sit storiku Ta’ Skorba, wieħed mill-eqdem tempji neolitiċi f’Malta.
Laqgħa unika kienetdik fir-residenza ta’ Joseph Falzon fejn kien hemm ukoll Xandru Muscat u Roża Muscat, tliet anzjani li rrankontaw il-memorji tagħhom f’ħajjithom fir- raħal tweldihom tal-passat.
Il-President ma’naqasax ukoll li jżur iċ-ċkejknin ta’ l-Imġarr Football Nursery waqt it-taħriġ tagħhom.
Is-Sinjura FenechAdami żaret is-sorijiet fil-kunvent tal-Franġiskani u xi familji.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow