Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

PR0191
Date Icon 08/02/2009
B’referenza għall-storja lidehret f’sezzjoni ta’l-istampa illum, il-Ministeru ghall-Ghawdex jixtieq jiccara li l-imsemmi artiklu qieghed jagħmel insinwazzjonijiet bla bażi li huma ntiżi biex joskuraw lill-Ministeru għal Għawdex.
Il-Ministeru jixtieq jikkonfermali r-Reġistru Pubbliku kif ukoll ir-Reġistru ta’ l-Artijiet f’Għawdex ser jigu rilokati temporanjament ġewwa parti mill-kumpless Downtown Ltd.  Dan ser isir wara li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ sejħa għal turija ta’ interess fil-gazzetti lokali kollha.  F’din is-sejħa tniżżlu l-ħtiġijiet bażiċi li kien hemm bżonn għal dan il-għan.  Il-fatti huma illi li l-offerta ta’ Downtown Ltd kienet t-tieni l-orħos mill-offerti kollha li kienu sottomessi, u  peress li min kien tefa’ l-orħos offerta reġa’ bdielu u sussegwentement irtira din l-offerta, l-għażla ovvjament waqgħet fuq it-tieni l-orħos offerta, jiġifieri dik ta’ Downtown Ltd.  Wara li l-Ministeru għal Għawdex kiseb l-approvazzjoni meħtieġa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-offerta ngħatat lil Downtown Ltd.  Għalhekk ma huma bl-ebda mod korretti l-insinwazzjonijiet li saru, aktar u aktar meta intqal li wieħed mis-sidien tad-Downtown, Joseph Portelli “hu magħruf għal ħbiberija ma’ Giovanna Debono”.
Il-Ministeru għal Għawdex jixtieqjgħid li r-rilokazzjoni tar-Reġistru Pubbliku u tar-Reġistru ta’ l-Artijiet f’Ghawdex għandha ssir peress li jagħmel sens li dawn iż-żewg uffiċini jaħdmu qrib ta’ xulxin speċjalment in vista tas- Central Registry Act li dalwaqt tiġi fis-seħħ u li se tesiġi li dawn iż-żewġ uffiċini ikunu fiżikament magħquda fl-lokal wieħed.  Hemm il-ħsieb li l-ispazju li se jinħoloq mir-rilokazzjoni tar-Reġistru ta’ l-Artijiet miċ-Ċentru Amministrattiv se jintuża biex jakkomoda xogħol ta’ natura “back office” li jinġab minn Malta.  Rigward is-sigurta’ tal-post u d-dokumenti, din se tigi pprovduta mill-Ministeru ghal Għawdex peress li, għal raġunijiet ovvji, din hi responsabilta’ tal-Ministeru.  Minkejja dan, il-fatti huma wkoll li apparti li se tinbidel is-serratura ta’ dan il-lokal u l-kerrej mhux se jżomm kopja taċ-ċavetta, dan il-post għandu entratura distinta għalih.  Barra minn dan, il-post hu assigurat filwaqt li l-lokal li fih jinsabu d-dokumenti fil-preżent m’hu kopert mill-ebda assigurazzjoni.
Dan il-kuntratt hu għal perijoduta’ ħames snin li jista’ jiġi estiż.   Il-Ministeru ħass il-ħtieġa li jidħol għal dan il-kuntratt peress li l-ispazju eżiżtenti li fih jista’ jakkomoda uffiċini hu tassew limitat.  Fil-frattemp il-Ministeru għal Għawdex għandu applikazzjoni quddiem il-MEPA biex tinbena parti li tinsab fiċ-Ċentru Amministrattiv sabiex l-uffiċini msemmija aktar ‘il fuq kif ukoll xogħol ta’ natura “back office” li jkun jista’ jitla’ minn Malta, ikunu jistgħu jiġu akkomodati fih.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow