Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli jippreżenta assistenza lill-għaqdiet sportivi
PR0189A
07/02/2009
| “Il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-kontribut siewi li | jagħti l-moviment sportiv. Għaldaqstant huwa kburi li jista’ jassisti u jissieħeb ma’ dan il-moviment biex jgħinu jilħaq l-għanijiet tiegħu. Għal dan il-għan il-Gvern qed joffri sensiela ta’ assistenza diretta u indiretta kemm lill-għaqdiet sportivi kif ukoll lill-isportivi nfushom.” |
| Dan | qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli, waqt attività fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera li matulha tqassmet l-assistenza lil numru ta’ għaqdiet sportivi nazzjonali. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li matul is-sena | 2008, il-Kunsill Malti ġħall-iSport qassam aktar minn €1.3 miljun f’assistenza lil 80 għaqda sportiva u huwa ippjanat li għas-sena 2009 jerġgħu jitqassmu bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta’ fondi. Din l-assistenza tingħata fil-forma ta’ diversi skemi. Fost l-oħrajn, l-għaqdiet sportivi jkunu jistgħu, jinvestu fil-faċilitajiet tagħhom, jikru u jużaw faċilitajiet oħra, jixtru l-apparat meħtieġ, jipparteċipaw f’avvenimenti sportivi barra minn Malta, jagħmlu testijiet tad-doping u jinvestu fl-edukazzjoni tal-amministraturi u l-kowċis tagħhom. Minkejja din is-somma sostanzjali ta’ assistenza, dan l-ammont ma jinkludix fih assistenza mill-Good Causes Fund, assistenza mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu u assistenza mill-kumpanija tal-istat l-Airmalta. Huwa kompla li dawn l-anqas jinkludu l-pagi ta’ ħaddiema tal-Gvern li huma mislufa fl-amministrazzjoni ta’ wud mill-għaqdiet, spejjeż fuq il-faċilitajiet li jużaw l-istess għaqdiet u atleti bin-nefqa ta’ €300,000 fuq it-tisħin tal-pixxina bala eżempju wieħed, ma tinkludix l-ispiża kapitali biex jinbnew jew jitkabbru faċilitajiet sportivi ġodda, il-propjeta pubblika mgħoddija lill-entitajiet sportivi bi prezzijiet sussidjati b’mod qawwi ħafna fuq il-valur kummerċjali tagħhom u numru ta’ inċentivi fiskali oħra li daħħlu fis-seħħ f’Lulju li għadda. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li sa mil-bidu ta’ din is-sena diġa’ ġew imħabbra tliet skemi oħra. Skema minnhom hi dik li għanda l-għan li tixpruna aktar inklużjoni fl-isport fejn l-gaqduet qed jingħataw assistenza biex jintegraw persuni b’diżabilità fid-dixxiplina sportiva tagħhom, skema oħra indirizzata lill-Kunsilli Lokali bl-għan li tiżdided il-parteċepazzjoni fl-isport u l-attività fiżika fil-komunità kif ukoll l-iskema magħrufa bħala twenty twenty li hija mmirata lejn l-atleti impjegati mas-settur pubbliku fejn dawn jingħataw sa massimu ta’ għoxrin siegħa f’leave imħallas kull ġimgħa biex jattendu għal sessjonijiet ta’ taħriġ professjonali. Clyde Puli kompla li aktar tard din is-sena mistenni li jitħabbru numru ta’ skemi oħra bl-għan li l-għaqdiet sportivi jkunu jistgħu iwettqu l-ħidma tagħhom b’aktar kumdità. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984