Left arrow Mur Lura

Jitfakkar il-Kompożitur Francesco Azzopardi

PR0189
Date Icon 07/02/2009
Il-Kunsill Lokali tar-Rabat (Malta) il-bieraħfakkar lill-kompozitur Rabti Francesco Azzopardi b’ċerimonja qasira quddiem il-bini ta’ l-istess Kunsill Lokali.  F’din iċ-ċerimonja is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, L-Onorevoli Chris Said, flimkien mas-Sindku tar-Rabat Sandro Craus, inawguraw lapida li tfakkar lil dan il-kompożitur prolifiku.
Il-lapida tpoġġiet mal-faċċata tal-binital-Kunsill Lokali u dan minħabba l-fatt li Francesco Azzopardi kien jgħix propju ftit metri ‘il bogħod minn dan il-bini.  Il-lapida tfakkar il-mitejn anniversarju mill-mewt ta’ Mro Azzopardi.
Maestro Franceso Azzopardi kien wieħed mill-aqwakompożituri Maltin tas-seklu tmintax u x-xogħolijiet tiegħu infirxu mhux biss f’Malta, iżda wkoll f’diversi bliet oħra Ewropej fosthom Pariġi. Huwa kien ukoll Maestro di Cappella f’diversi knejjes fosthom fil-Katidral tal-Imdina.
Dr Said qal li r-Rabat hija lokalita’ mimlijastorja u faħħar l-inizzjattiva tal-Kunsill Lokali tar-Rabat biex ifakkar lil dan ir-Rabti li bil-ħidma tiegħu fil-qasam mużikali għamel ġieħ mhux biss lir-Rabat, iżda lill-pajjiż kollu.  Huwa heġġeġ lill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex ikompli bil-ħidma tiegħu sabiex ifakkar lil dawk ir-Rabtin li tant taw lill-pajjiż f’kull qasam tal-ħajja.
Wara ċ-ċerimonja tal-kxif tal-lapida ġietinawgurata wkoll wirja dwar dan il-kompożitur fil-Mużew ta’ Wignacourt fir-Rabat stess.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow