IPPUBLIKAT AVVIZ LEGALI DWAR IL-KONTROLL FUQ IL-BUMUNQAR L-AĦMAR.
PR0187
06/02/2009
| Dr Marica Gatt Direttur | tad-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti, aktar kmieni indirizat konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha tat dettalji dwar Avviz Legali biex jiġi kkontrollat aktar il-bumunqar l-aħmar. Hija qalet li matul l-2008 saru 478 speżjoni fuq il-palm mid-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti, u nqalgħu b’kollox total ta’ 193 palma. |
| Qiegħed isir minn kollox sabiex il-bumunqar | l-aħmar ma jkomplix jinfirex. Tant hu hekk li t-trasferiment ta’ palm suspettuż bejn Malta u Għawdex huwa projbit permezz ta’ notifika tal-gvern li ħarġet fl-2007 taħt il-plantquarantine act. Spezjonijiet isiru fl-Imġarr Għawdex mill-ispettorat tal-agrikultara fi ħdan il-Ministeru għal Ghawdex b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti. Għawdex u Kemuna huma sa issa kkonsiderati bħala liberi mill-bumunqar l-aħmar. |
| L-oġġettiv tal- Avviz Legali maħruġ llum huwa | biex jikkonsolida l-miżuri li qed jittieħdu biex jigi kontrollat u kontenut it-tixrid tal-bumunqar l-aħmar. L- Avviz Legali ġie diskuss mal-Plant Protection Board li twaqqaf f’Awwissu 2008 taħt il-Plant Quarantine Act, u s-Scientific Commission on the Control of Red Palm Weevil li twaqqaf f’Jannar 2008 mill-Ministeru għar Riżorsi u Affarijiet Rurali. |
| Il-punti prinċipali ta’ dan l-Avviz Legali | jinkludu li kull min għandu palma fuq bazi personali jew entita’, għandu jinnotifika l-palma tiegħu lid-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti. “B’hekk ikollna stampa aktar ċara ta’ kemm hawn palm f’Malta u Għawdex. Dan l-Avviz Legali jagħti sa 30 ġurnata mil-lum sabiex kulħadd jinnotifika l-palma tiegħu,” sostniet Dr. Gatt. |
| Sal-lum wieħed kien biss obligat li jinnotifika | palm infetat, imma issa qed jigi mitlub biex kulħadd jinnotifika il-palm kollu li għandu sew dak infetat kif ukoll dak li mhux. |
| Din il-konferenza stampa ġiet ukoll indirizzata | minn Dr Ronald Cuschieri General Manager tal-ELC, fejn qal li l-ELC kontinwament tinsab għaddejja b’kull sforz sabiex issalva kemm tista’ l-palm. |
Kull persuna huwa obbligat li jittratta l-palm tiegħu skond struzzjonijiet li jingħataw mid-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti. Dawn l-istruzzjonijiet jistgħu jinkisbu sew mis-sit www.planthealth.gov.mt kif ukoll billi wiehed iċempel lid-dipartiment fuq in-numru 23397100.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984