Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET

PR0186
Date Icon 06/02/2009

Tkomplija tat-twaqqiegħ tal-Magic Kiosk

Permezz tad-deċizjoni tal-Prim’Awla tal-QortiĊivili mogħtija llum filwaqt illi l-Qorti ddegretat illi jkun jista’ jitkompla x-xogħol ta’ twaqqiegħ tal-istabbiliment Magic Kiosk fi Pjazza Sant’Anna, Tas-Sliema, hija nnominat espert tekniku sabiex ix-xogħlijiet jitkomplew u li jitneħħew l-affarijiet mobbli li fadal fl-istabbiliment taħt is-superviżjoni tiegħu.
Filwaqt li s-Segretarjat Parlamentarigħall-Erarji Pubblici u Artijiet jilqa’ b’sodisfazzjon din id-deċizjoni, jigi ċċarat li l-espert imqabbad mill-Qorti stabilixxa l-Ġimgħa 13 ta’ Frar 2009 bħala d-data ta’ meta jistgħu jitkomplew ix-xogħlijiet u għalhekk il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jista’ biss ikompli x-xogħol minn dik id-data ‘l quddiem.
Qedisir kull sforz possibbli mid-Dipartimenti kkonċernati biex ix-xogħol jitkompla mingħajr dewmien żejjed u qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex l-inkonvenjent għall-pubbliku ikun l-anqas possibbli.  Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jinsab imħejji wkoll biex ġaladarba jitlesta t-twaqqiegħ, jinbeda x-xogħol fuq il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Pjazza Sant’Anna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow