STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
PR0183
06/02/2009
| L-Oppożizzjoni ma jinteressahix | mill-impjiegi tal-ħaddiema tal-Gozo Channel |
| Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u | Investiment jirreferi għall-Istqarrija maħruġa mid-Deputat Laburista Anton Refalo. |
| L-istqarrija li ħareġ l-Onovervoli Refalo tikxef | il-verità wara d-domandi li qed isiru minnu biex tingħata informazzjoni ta’ natura kummerċjali dwar l-operat tal-Gozo Channel. |
| Waqt li f’ċirkostanzi normali, il-Gvern dejjem | għażel li jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Parlament, ma jħossx li huwa opportun li jagħmel dan f’perjodu meta l-Gozo Channel trid tipparteċipa f’sejħa għall-offerti tal-Public Service Obbigation. Għal din ir-raġuni, il-Gvern qed jagħżel li ma jagħtix l-informazzjoni mitluba. |
| Il-Gvern hu sorpriż kif l-Oppożizzjoni lesta | tipperikola l-impjieg tal-ħaddiema tal-kumpanija bl-informazzjoni li qed issostni li l-Gvern għandu jagħti. L-ewwel obbligu tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech huwa li jħares l-interess tal-kumpanija u tal-ħaddiema tagħha u mhux se jieħu azzjonijiet li jippreġudikaw il-futur tagħhom. |
| B’referenza għal dak li qal dwar l-ST, | il-Ministeru jinnota li anki f’mument ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, l-Oppożizzjoni qed taġixxi b’mod mill-aktar partiġġjan. Għall-Gvern, l-impjiegi huma importanti. L-Oppożizzjoni aktar hi interessata mill-gwadann politiku partiġġjan. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984