Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR0183
Date Icon 06/02/2009
L-Oppożizzjoni ma jinteressahixmill-impjiegi tal-ħaddiema tal-Gozo Channel
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment jirreferi għall-Istqarrija maħruġa mid-Deputat Laburista Anton Refalo.
L-istqarrija li ħareġ l-Onovervoli Refalo tikxefil-verità wara d-domandi li qed isiru minnu biex tingħata informazzjoni ta’ natura kummerċjali dwar l-operat tal-Gozo Channel.
Waqt li f’ċirkostanzi normali, il-Gvern dejjemgħażel li jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Parlament, ma jħossx li huwa opportun li jagħmel dan f’perjodu meta l-Gozo Channel trid tipparteċipa f’sejħa għall-offerti tal-Public Service Obbigation. Għal din ir-raġuni, il-Gvern qed jagħżel li ma jagħtix l-informazzjoni mitluba.
Il-Gvern hu sorpriż kif l-Oppożizzjoni lestatipperikola l-impjieg tal-ħaddiema tal-kumpanija bl-informazzjoni li qed issostni li l-Gvern għandu jagħti. L-ewwel obbligu tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech huwa li jħares l-interess tal-kumpanija u tal-ħaddiema tagħha u mhux se jieħu azzjonijiet li jippreġudikaw il-futur tagħhom.
B’referenza għal dak li qal dwar l-ST,il-Ministeru jinnota li anki f’mument ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, l-Oppożizzjoni qed taġixxi b’mod mill-aktar partiġġjan. Għall-Gvern, l-impjiegi huma importanti. L-Oppożizzjoni aktar hi interessata mill-gwadann politiku partiġġjan.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow