Left arrow Mur Lura

PUNTI MID-DISKORS TAL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TAL-GIO POLICY FIL-QASAM TAX-XANDIR

PR0181
Date Icon 06/02/2009

Ir-raġunijiet għalxiex ġiet imfassla din il-Policy:

Digitali vs Analogue

Bħalissa l-programmi televiżivi qegħdin jixxandru fuq żewġ teknoloġiji terrestri differenti (jigifieri jinqabdu bl-erjal).  Dawn it-teknologiji huma d-digitali u l-analogue.  Din tal-aħħar trid tispiċċa għaliex m’hijiex effiċjenti.   Jiġifieri, it-trasmissjonijiet li bħalissa jinqabdu mingħajr ħlas qegħdin jużaw teknologija analogika.

Vantaggi tad-Digitali

Il-vantaggi tat-trasmissjoni diġitali: tiflaħ ferm aktar stazzjonijiet fuq frekwenza waħda.  Barra minn dan, id-digitali għandu potenzjal għall-interattività kif ukoll il-High Definition.

Effiċjenza fl-użu tal-frekwenzi

Il-Gvern għandu dover sagrosant li jiżgura l-użu ta’ frekwenzi b’mod l-aktar effiċjenti u li għaldaqstant jippromwovi t-teknologiji li kapaċi jiżguraw din l-effiċjenza.  Iżda l-ġibda għall-effiċjenza llum ġejja primarjament mis-settur innifsu hekk kif id-domanda għall-frekwenzi tiżdied.  Il-migrazzjoni għat-teknoloġija diġitali hija għaldaqstant inevitabbli. 

Data tat-tifi tal-Analogue

Ta’ min wieħed jgħid li din il-migrazzjoni lejn id-diġitali qiegħda tiġi wkoll ko-ordinata mill-UE b’din tal-aħħar tħabbar data finali għat-transizzjoni kompluta lejn id-diġitali.   Din id-data hija l-1 ta’ Jannar 2012.  Sadanittant Malta għażlet l-aħħar ta’ Diċembru 2010, jiġifieri sena qabel id-data tal-UE.  Aħna nemmnu li din id-data nistgħu nilħquha.

Cable mhux milqut

Il-Gvern qed jirsisti biex issir il-migrazzjonilejn teknoloġija diġitali li għandhom x’jaqsmu ma’ ‘networks’ terrestri u mhux tal-Cable.  Fil-każ ta’ dawn tal-aħħar m’hemmx frekwenzi involuti u għadaqstant ma kienx hemm lok li norbtu cable networks b’ċerti ħtiġijiet.
Kompetizzjoni tmexxi t-transizzjoni diġitalifin-networks kummerċjali
Minkejja li l-Cable ma kienx obbligatjaqleb għad-diġitali, wieħed jinnota b’sodisfazzjon li dan qaleb waħdu biex, fost oħrajn ikun jista’ jikkompeti man-network diġitali terrestri l-ġdida.
Hawn wieħed jista’ jara prova oħra , jekk qattkien hemm bżonn, tal-benefiċċji li ġġib magħha l-kompetizzjoni.  Iż-żewġ networks kummerċjali qegħdin imexxu t-transizzjoni lejn id-diġitali b’ritmu mgħaġġel tant li fi żmien sentejn in-numru ta’ abbonati taż-żewġ operatori (meħudin f’daqqa) li qiegħed fuq sistema diġitali, qabeż il-ħamsin fil-mija.
Il-politika tal-Gvern f’dan is-settur, dik litiżra l-kompetizzjoni bejn networks kummerċjali, mhux talli ġiebet l-għażla iżda talli ffaċilitat il-migrazzjoni mgħaġġla lejn id-diġitali mingħajr l-intervent tal-Gvern.
Nissalvagwardjaw il-kunċett ta’ ‘free to air’fid-diġitali wkoll
Pero’ dawn l-izviluppi m’humiexta’ benefiċċju lit-telespettaturi li m’humiex abbonati ma’ ebda network.  Ma ninsewx li x-xandiriet Maltin li jinqabdu mingħajr ħlas jixxandru permezz tat-teknoloġija analogue u għalhekk iridu jintfew fi tmiem l-2010.
U dan huwa punt fondamentali littrattajna f’din il-‘policy’, jigifieri kif it-telespettaturi Maltin jistgħu jibqgħu jgawdu dan id-dritt wara din id-data.  Hemm il-ħtieġa li dan id-dritt jibqa’ salvagwardat (u hawnhekk qed nirreferi għall-istazzjonijiet Maltin mhux għal dawk li jinqabdu minn barra l-pajjiz u li m’għandna l-ebda kontroll fuqhom.)  Irridu fuq kollox niżguraw lil dan id-dritt jibqa’ jitgawda bl-anqas problemi u spejjeż possibbli.
Spejjeż u xogħolgħat-telespettatur
X’se jfisser dangħat-telespettaturi? X’se ġġib magħha l-bidla għad-diġitali? Fir-realtà kulma tinvolvi hija li tinxtara kaxxa apposta (set-top box) li wieħed jista’ jipplaggja fis-sett tat-TV.  Jista’ jagħti l-każ ukoll, fil-każ ta’ mudelli reċenti ta’ tv li dawn diġà mgħammra bi ‘tuner’ diġitali u f’dan il-każ lanqas biss hemm bżonn tal-kaxxa.
Kemm tista’ tiġi l-ispiża ta’kaxxa? Jekk wieħed jara l-prezzijiet ta’ ‘set top boxes’ basiċi f’pajjiżi bħall-Italja u l-Ingilterra, dawn iduru madwar Ewro 30.  Kif semmejt l-istallazzjoni hija waħda sempliċi.  Il-gvern beħsiebu, madanakollu, jniedi kampanja informattiva biex jiffaċilita t-transizzjoni ta’ dawn il-madwar 17% tal-familji Maltin.
Il-migrazzjonimill-perspettiva tax-xandara
Wieħed għaldaqstant jista’ jgħidli għat-telespettaturi m’għandux ikun hemm bidliet kbar.  Mill-banda l-oħra dawn il-bidliet ser ikunu sinifikattivi għax-xandara Maltin għaliex dawn mhux ser jibqgħu jxandru min-networks tagħhom stess.  Dan huwa dovut għall-effiċjenza tat-teknoloġija diġitali li tippermetti li numru ta’ stazzjonijiet jistgħu jinġarru fuq frekwenza waħda.  Dan ifisser li, għal ħtiġijiet ta’ effiċjenza, xi entita’ trid tagħmilha ta’ operatur tan-network għan-nom tax-xandara kollha.

Konkluzjoni

Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, il-Gvern permezz tal-MCA u BA ser ikun qed jaħdem bis-sħiħ biex jinforma lill-pubbliku dwar il-bidla li ġejja u x’irid isir biex din iseħħ.  Ser niżguraw ruħna li l-komponenti kollha ta’ din il-migrazzjoni jseħħu fiż-żminijiet li jiġu stabbiliti biex sa tmiem l-2010 Malta tkun qalbet diġitali b’mod totali.

.../pr0181a.doc

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow