Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT

PR0180
Date Icon 06/02/2009
Il-Kumitat Parlamentari dwarl-Affarijiet Soċjali jibda jżur entitajiet fil-qasam soċjali, bl-ewwel żjara tkun Dar Gużeppa Debono, Għawdex
Hekk kif ġie ppjanat il-Pjan ta’ Ħidmatal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali għall-11-il Leġislatura, ġie deċiż illi l-Membri tal-Kumitat jibdew sensiela ta’ laqgħat ma’ entitajiet fil-qasam soċjali, barra l-parlament.  Dan sabiex il-Membri Parlamentari f’dan il-Kumitat jagħrfu u jirrikonoxxu x-xogħol siewi ta’ dawn l-għaqdiet għall-ġid tas-soċjetà Maltija.
L-ewwel żjara tal-Kumitat saret f’Dar GużeppaDebono, Mġarr, Għawdex.  Din id-Dar titmexxa minn ħafna voluntiera professjonisti li jagħtu sapport lill-ommijiet-xebbiet (single mothers) u l-familji tagħhom fuq drittijiet, għarfien aħjar tagħhom infushom, jerġgħu jsibu l-kunfidenza u kif isaħħu l-personalità.  Dar Ġużeppa Debono nbniet fi żmien fejn l-ommijiet-xebbiet kienu emarġinati mis-soċjetà, mkeċċija mill-familji u kien ikollhom bżonn anki ta’ akkomodazzjoni alternattiva.
Illum din l-organizzazzjoni tagħti ħafnaimportanza lil-laqgħat ta’ formazzjoni liż-żagħżagħ, kemm fid-Dar stess u anki fl-iskejjel, fuq il-valur tas-sesswalità, is-saħħa sesswali u l-importanza tal-imħabba, il-fedeltà, il-komunikazzjoni u l-commitment bejn il-koppji.  Il-voluntiera spjegaw ukoll kif l-istaff tal-isptar ta’ Għawdex, għaqdiet lokali u professjonisti differenti jinformaw lill-ommijiet-xebbiet bis-servizzi ta’ Dar Gużeppa Debono.  Dawn l-ommijiet jagħżlu huma u b’mod volontarju li jattendu għal dawn il-laqgħat.
Il-Membri tal-Kumitat iddiskutew l-importanzata’ din l-organizzazzjoni, kemm minn aspett edukattiv, preventiv u soċjali.  Is-servizzi jgħinu b’mod prattiku lill-ommijiet fit-trobbija aħjar tat-tarbija, pariri għal saħħitha u dik tat-tarbija, u oħrajn li jnaqqsu r-riskji ta’ faqar relattiv, bħal użu tal-flus.  Ingħad li l-voluntiera jgħinu wkoll sabiex l-omm u dawk ta’ madwarha, inaqqsu x’imġieba ħażina li jista’ jkollha effett fuq it-tarbija.  Tul il-laqgħa ġie spjegat kif Dar Gużeppa Debono taħdem ma’ aġenziji lokali bħall-Appoġġ u oħrajn internazzjonali, u kif għamlet użu wkoll ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.  Il-Membri ddiskutew fuq l-aħjar metodi ta’ komunikazzjoni u programmi ta’ empowerment għaż-żgħażagħ.  Servizz ieħor importanti li toffri din id-Dar huwa dak ta’ foster care, fejn bi ftehim ma’ Appoġġ qed jiġu organizzati korsijiet għall-koppji li jixtiequ jkunu foster carers.  Dan isir b’rispett sħiħ lejn il-valuri tal-ħajja.
Id-delegazzjoni parlamentari tmexxietmill-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali l-Onor Edwin Vassallo u attendew l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana u l-Onor Michael Gonzi.  Preżenti għal-laqgħa kien hemm is-Sinj Marija Attard, Direttriċi, is-Sinj Marlene Cauchi, Care Worker, is-Sinj Nicole Borg, Studenta Social Worker, is-Sinj Karen Cordina, studenta MCAST u s-Sinj Anthea Grech, lecturer life skills.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow