Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT

PR0177
Date Icon 05/02/2009

Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali jiddiskuti l-Qorti tal-Familja

Il-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqgħu ma’ uffiċjali fil-Qorti tal-Familja sabiex ikollhom l-aħjar għarfien fuq l-operat ta’ din il-Qorti u s-servizzi relatati. Is-Sur Aldo Testone, Direttur tal-Qrati Ċivili u Tribunali, is-Sinj Mary Lourdes Lautier, Deputat Reġistratur u s-Sinj Carmen Borg, Koordinatriċi tal-Medjazzjoni tal-Familja spjegaw kif il-Qorti tal-Familja hija komposta minn tliet imħallfin.  Din il-Qorti toffri s-servizzi ta’ żewġ avukati tat-tfal u diversi medjaturi, flimkien ma’ social workers, psikologi u psikjatri, kemm mill-Aġenzija Appoġġ u oħrajn freelance.  Esperti oħrajn jinkludu dawk forensiċi, komputisti u periti.

Il-laqgħa tal-bieraħ 4 ta’ Frar 2009, kienet tittratta r-rikorsi ġenerali u r-rikorsi ġuramentati, filwaqt li ser issir laqgħa oħra fuq l-istadju tal-medjazzjoni.  Ir-rikorsi ġenerali huma dawk ir-rikorsi urġenti li m’hemmx skop ta’ medjazzjoni u jiġu appuntati għas-smigħ mill-Imħallef. It-tabella ta’ hawn taħt turi stampa ta’ kif dawn ir-rikorsi żdiedu tul dawn l-aħħar snin.   

Preżentati

2004

2005

2006

2007

2008

Passaporti

52

52

52

63

95

Safar ta’ minuri

2

2

4

9

20

Treatment order

3

3

3

1

6

Kura u kustodja

27

35

34

40

43

Aċċess

25

33

15

18

22

Minn naħa l-oħra, ir-rikorsi ġuramentati jsiru meta koppja tkun attendiet għal medjazzjoni iżda ma tkunx laħqet ftehim u tiġi awtorizzata sabiex timxi għal dan l-istadju.  It-tabella ta’ hawn taħt tiġbor fiha n-numru ta’ dawn ir-rikorsi tul dawn l-aħħar snin.

Preżentati

2004

2005

2006

2007

2008

Passaporti

52

52

52

63

95

Safar ta’ minuri

2

2

4

9

20

Treatment order

3

3

3

1

6

Kura u kustodja

27

35

34

40

43

Aċċess

25

33

15

18

22

Huwa evidenti ż-żieda fin-numru ta’ rikorsi ġenerali u b’mod partikolari r-rikorsi ġuramentati tul dawn l-aħħar erba’ snin.  Dawn qed jitfgħu pressjoni fuq is-sistema u r-riżorsi ta’ dan il-Qorti.  Fl-2007 ġew preżentati 2,402 rikors li minnhom 257 kienu b’urġenza, u fl-2008 ir-rikorsi żdiedu għal 2876 li minnhom 320 kienu b’urġenza. F’din il-parti tal-laqgħa, il-Membri tal-Kumitat urew it-tħassib tagħhom kif ċerti ġenituri qed iġibu l-interessi tagħhom qabel l-interessi tat-tfal.  Ħafna mir-rikorsi jsiru minħabba l-egoiżmu tal-kbar.  Apparti li dawn ir-rikorsi qed jitfgħu pressjoni fuq il-Qorti, ikunu qed itawlu l-proċess, b’detriment għall-interessi tat-tfal.

Il-Kumitat sema’ kif meta jidħlu rikorsi dwar vjolenza domestika jew fl-interess suprem tat-tfal, il-Qorti tieħu azzjoni mal-ewwel.  Ikun hemm każijiet fejn l-Imħallef jisma’ lit-tfal fil-preżenza tad-Deputat Reġistratur.  Dawn it-tfal jingħataw in-numru tat-telefon tad-Deputat Reġistratur sabiex jekk iħossu l-bżonn li jerġgħu jitkellmu mal-Imħallef, ikunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma għandhom għalfejn jgħidu l-ġenituri tagħhom. L-għadd ta’ drabi li l-avukati tat-tfal tqabbdu, tela’ minn 23 darba fl-2006 għal 42 darba fl-2008.  Filwaqt li ġiet diskussa s-sensibilità li jrid ikollhom l-uffiċjali u esperti tal-Qorti tal-Familja f’dawn l-istadji hekk delikati mat-tfal, ġie diskuss ukoll il-bżonn aktar li t-tfal kollha jiġu assistiti mill-avukati tat-tfal.  Dan għal kuntrarju li jiġri issa fejn l-avukat tat-tfal jiġi mqabbad biss skont id-diskrezzjoni tal-Imħallef. Ġie diskuss ukoll l-ambjent fejn isiru dawn l-intervisti mat-tfal.

Il-laqgħa tmexxiet mill-Onor Edwin Vassallo u attendew l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana u l-Onor Michael Gonzi.  Għal-laqgħa attendiet ukoll il-Kummissarju tat-Tfal is-Sinj Carmen Zammit u Dr Ruth Farrugia.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow