PROPRJETÀ PUBBLIKA TITGAWDA DEJJEM IKTAR MILL-PUBBLIKU
PR0176
05/02/2009
| Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari għall-Erarji | Pubbliċi u Artijiet, Jason Azzopardi, żar tliet siti illi fil-passat kienu mgħoddija lill-Fondazzjoni Wirt Artna (FWA), u li llum jitgawdew mill-pubbliku fl-istat oriġinali tagħhom. Dawn it-tliet siti fin-Nofsinhar ta’ Malta huma Bieb is-Sultan, illi għadda għand il-FWA fis-sena 2000, il-Forti Rinella, li għadda għand il-FWA fl-1991 u t-Torri tax-Xgħajra, illi ilu f’idejn il-FWA mill-1998. |
| Jason Azzopardi qal illi kull wieħed minn dawn | is-siti huwa prova ċara li l-Gvern jemmen fl-organizzazzjonijiet non-governattivi. F'iktar minn okkażjoni waħda, il-Gvern dan urieh billi wera fiduċja f'NGOs, u entitajiet simili, u għaddielhom artijiet jew proprjetà biex dawn jiġu żviluppati fi proġetti li tgawdi minnhom il-komunità. |
| Qabel ma għaddew għand il-Fondazzjoni Wirt Artna | dawn is-siti kienu mitluqin u abbandunati. Fihom kien jinżamm scrap u skart, filwaqt li Bieb is-Sultan kien jintuża minn squatters. It-Torri tax-Xgħajra kien fi stat ħażin ħafna ta’ manutenzjoni, u kellu bżonn intervent ta' restawr estensiv. |
| Jason Azzopardi qal illi siti bħal dawn huma | perli fil-kullana twila ta’ politika ta’ devoluzzjonijiet illi l-Gvern jemmen fiha. Il-ġimgħa li għaddiet, b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, kif ukoll mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet għadda f'idejn l-istess FWA, l-ikbar medda art tal-Gvern biex tiddawwar fl-ewwel Heritage Park fil-Belt Valletta. |
| Il-Kultura u l-Wirt storiku m'humiex l-uniċi | raġunijiet għaliex il-Gvern jgħaddi art. Jason Azzopardi qal illi iktar proprjetà hija fil-proċess illi tiġi devoluta lil entitajiet u organizzazzjonijiet għal skopijiet li jgawdi minnhom il-pubbliku. Dan jinkludi ukoll proprjetà fil-Belt Valletta illi ġiet identifikata bħala s-sit illi minnu ser jibda jitħaddem il-Breast Screening Programme. Fil-futur qarib ser tgħaddi iktar proprjetà lill-Kunsilli Lokali fosthom tal-Għarb u l-Munxar f’Għawdex biex isiru Ċentru Ċiviku u ġnien pubbliku rispettivament, kif ukoll proprjetà fl-Isla lill-Mission Fund u proprjetà f’Raħal Ġdid lill-Girl Guides tal-lokal. |
| Fil-każi kollha joħrog biċ-ċar kemm dan il-Gvern | huwa kommess illi jagħmel użu dejjem aħjar tal-assi tiegħu, tar-rizorsi li diġà għandu, użu dejjem iktar razzjonali tal-art. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984