IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, L-ONOR. CLYDE PULI, JINAWGURA L-ESTENSJONI TAL-FITNESS CENTRE F’TAL-QROQQ B’INVESTIMENT TA’ €81,000
PR0175
05/02/2009
| ‘Il-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ fil-ħidma | tiegħu favur il-ħolqien ta’ soċjetà fiżikament u mentalment b’saħħitha.’ |
| Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ | u Sport, Clyde Puli, waqt l- inawgurazzjoni tal-estensjoni li saret f’Tal-Qroqq Fitness Centre fil-Kumpless Sportiv Tal-Qroqq. |
| L-Onor. Clyde Puli qal li l-membri reġistrati | f’dan iċ-ċentru amministrat mill-Kunsill Malti għall-Isport, issa qed ilaħħqu t-800 u kien għalhekk li fl-aħħar żminijiet beda jinħass il-bżonn li ssir estensjoni. Huwa qal li fost dawn il-membri hemm madwar 300 student universitarju li qed igawdu minn prezz sussidjat sabiex jagħmlu użu minn dan il-fitness centre. Barra minn hekk, il-Gvern jalloka wkoll 100 gym membership mingħajr ħlas lil atleti magħżula mill-Kumitat Olimpiku Malti. Din l-assistenza lill-Kumitat Olimpiku Malti tammonta għal aktar minn €23,000. Permezz ta’ dan l-arranġament, l-atleti jibbenefikaw minn aċċess għall-gym biex isegwu l-programmi li jkunu ppreparawlhom il-coaches Nazzjonali rispettivi tagħhom. |
| Ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ estensjoni beda | f’Ottubru tas-sena li għaddiet u jinkludi dħul separat għaċ-ċentru tal-fitness, art ġdida, sistema ta’ dawl ġdida, sistema ta’ arja kundizzjonata ġdida, għamara ġdida, modernizzar ta’ apparat kif ukoll xogħol ieħor biex jitjieb l-aċċess u l-użu tal-post. L-investiment ta’ €81,000 li sar għal dan il-proġett, kien jinkludi ukoll xiri ta’ magni ġodda biex jikkumplimentaw lil dawk li diġà kien hemm. Barra minn hekk, f’dan iċ-ċentru issa hemm ukoll massage room u consultation room. |
| Preżenti waqt din l-inawgurazzjoni kien hemm | għadd ta’ atleti magħrufa li jagħmlu użu regolari minn dan il-post. Fost l-oħrajn kien hemm William Chetcuti - Tiratur, Aaron Ciantar - sewwieq tal-Powerboats, Bever-Lee Zammit - Player tat-tim Nazzjonali tal-Basketball, Saviour Darmanin - plejer tat-tim Nazzjonali tal-Football, David Carabott - ex-plejer tat-tim Nazzjonali tal-football, Angie Mangion - Atleta, Esther Azzopardi - Referee Internazzjonali tal-Football, Ivan Woods - player tat-tim Nazzjonali tal-football, Chantal Fenech - player tat-tim Nazzjonali tal-Football, Rachid Chouchal - Atleta, Neil Agius - għawwiem u Andrea Agius - għawwiem. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984