Left arrow Mur Lura

IL-KUKKANJA MILL-ĠDID FIL-QOFOL TAL-ATTIVATIJIET TAL-KARNIVAL TA’ MALTA

PR0173
Date Icon 05/02/2009
Wara assenza ta’ bosta snin,din is-sena l-logħba tradizzjonali tal-Kukkanja se terġa’ ssib postha fl-attivitajiet tal-Karnival ta’ Malta. Kif imħabbar, fil-Karnvial ta’ din is-sena se jkun hemm bosta novitajiet fosthom ‘Festa Karnivaleska ta’ bil-Lejl’ li tibda s-Sibt 21 ta’ Frar fis-6.00 ta’ filgħaxija u tibqa’ sejra sas-siegħat bikrin tal-Ħadd filgħodu. Il-Kukkanja se tkun waħda mill-attivitajiet ta’ dan il-lejl u tibda fl-10.00pm u ssir fil-fdalijiet tat-Teatru Rjal.
Il-Kukkanja daħlet Malta fl-1721 taħt il-ħakmatal-Kavallieri. Wara li twaqqfet għal perjodu twil ta’ żmien, il-Gvern Malti reġa’ introduċiha fl-edizzjoni tal-Karnival ta’ Malta tal-1955, iżda reġgħet waqfet għal numru ta’ snin. Mill-1993 sal-1997, il-Kukkanja reġgħet sabet postha fil-Karnival Malti u din is-sena l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti se jerġa’ jagħtiha l-ħajja bi programm speċjali u innovattiv fit-Teatru l-Imwaqqa’.
F’din il-logħba, l-individwi li jipparteċipawjippruvaw jegħlbu ostakli huma u telgħin ma’ arblu biex jieħdu r-rigali. Ir-rebbieħa se jingħataw ukoll premijiet ta’ flus.
Kulmin għandu ’l fuq minn 18-il sena jista’jipparteċipa fil-Kukkanja. Se jkun hemm ukoll kategorija għall-parteċipanti nisa. Individwi jistgħu jipparteċipaw fuq bażi personali jew billi jirrappreżentaw lil-lokalità minn fejn ġejjin, għaqdiet jew gruppi mseħbin fihom.

Kulmin jixtieq jieħu sehem jista’ japplika billi jibgħat id-dettalji tiegħu (isem, indirizz, data tat-twelid u telefon) fuq l-indirizz elettroniku noeldamato@maltaculture.com jew billi jmur fl-uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti f’230, Triq ir-Repubblika, Valletta, fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel ukoll fuq 21245168 jew 21232515. Applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-Ġimgħa, 13 ta’ Frar 2009.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow