STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0165
04/02/2009
Il-Partit Laburista jikkontradixxi lilu nnifsu
| Biex | jikkritika dak kollu li jipproponi l-Gvern, u f’tentattiv biex jipprova jidher sabiħ ma’ kulħadd, l-Oppozizzjoni Laburista qed tispiċċa tikkontradixxi lilha nnifisha u titfixkel f’saqajha stess. |
| L-aħħar prova ngħatat mill-Kelliem | tal-Oppozizzjoni Leo Brincat li ħareġ stqarrija datata 3 ta’ Frar 2009 fejn jikkritika lill-Gvern fuq il-mizura ambjentali biex jonqos l-uzu tal-basktijiet tal-plastik. Brincat ħareġ bi proposta li tiddiferenzja bejn tipi ta’ plastic differenti, li tmur għal kollox kontra dak li ppropona l-Kap tiegħu stess fid-diskors li kien għamel fil-Parlament fl-10 ta’ Novembru 2008, biex jagħti r-reazzjoni tal-Oppozizzjoni għad-diskors tal-Budget. |
Dakinhar Muscat kien qal:
| “Nemmnu wkoll – u din hija proposta tagħna li | tmur lil hinn minn dak li qed jagħmel il-gvern – li għandna nkunu aktar kuraġġużi. Jekk il-gvern ried jitwemmen li mhux interessat li jiġbor il-flus minn din it-taxxa l-ġdida għandu jibda mal-ewwel studju dwar il-projbizzjoni totali tal-basktijiet tal-plastik, għallinqas dawk mhux bijodegradabbli, l-effett ta’ din il-miżura u l-kompatibilità mal-liġijiet Ewropej. Jiġifieri jekk ma tridx il-flus ineħħi l-basktijiet mill-ewwel imissu.” |
| Filwaqt li Muscat jitkellem dwar projbizzjoni | totali, Brincat qed jgħid li għandha ssir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ plastik! Biss bid-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Opposizjoni joħroġ ċar in-nuqqas ta’ għarfien li dan għandu fir-rigward ta’ dan is-suġġett. Kif tista’ twaqqaf l-użu ta’ dawn il-basktijiet f’Malta jekk din ma tkunx madwar l-Ewropa kollha?. |
| Nistaqsu lill-Partit Laburista li jgħid liema hi | l-pozizzjoni tiegħu? Għal darb’oħra l-Partit Laburista huwa minn tal-ewwel biex jikkritika, pero kull meta l-Gvern iħabbar miżura favur l-ambjent, il-Partit Laburista jkun l-ewwel wieħed ukoll li jipprova jkissirha. Is-serjeta’, u l-politika serja favur l-ambjent, jitolbu miżuri kurraġġużi u li jħallu l-frott. |
| Il-Ministeru jinsab dejjem lest li jiddiskuti | fuq kif l-aħjar li jidħlu fis-seħħ tipi ta’ basktijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent iżda l-esperjenza uriet li diffiċċli tiddifferenzja bejn plastic normali u ieħor degradable. Fil-fatt sa llum ma jeżistix standard Ewropew għal dan. Tant hu hekk li l-ex President tal-Kumitat tal-Ambjent tal-Parlament Ewropew, Caroline Jackson, ħeġġet lill-K.E. biex tfassal standards għal dawn. Tant li qalet “ensure that European standards are developed which are appropriate to both”. |
| Il-Ministeru jinkoraġixxi sabiex aktar | mis-settur privat jieħdu inazzjattivi sabiex ifittxu sistemi alternattivi għal basktijiet tal-plastik. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984