DISKORS TAL-ONOR. JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI TAS-SAĦĦA, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAL-ĠIMGĦA NAZZJONALI GĦAL TNAQQIS FIL-MELĦ – MSIDA, L-ERBGĦA 4 TA’ FRAR 2009
PR0163
04/02/2009
| Id-Dipartiment | tas-Saħħa, permezz tad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni ta’ Mard flimkien mal-Għaqda Dinjija dwar is-Saħħa u l-Melħ (World Action on Salt and Health) ħa ħsieb li jorganizza l-ewwel Ġimgħa Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Melħ. |
| Fl-integrazzjoni Ewropea, Malta qiegħda tagħmel | parti mill-istruttura Ewropea għal Inizjattiva Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Melħ. L-għan ta’ din l-inizjattiva hija sabiex l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jaslu biex ifasslu pjan ġenerali tat-tnaqqis tal-melħ fl-ikel. |
| Ħafna melħ fid-dieta huwa marbut ma’ bosta mard | kroniku. L-iktar waħda magħrufa hija l-pressjoni għolja li tista’ twassal għal mard tal-qalb u puplesija. Huwa minħabba dawn ir-riskji li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tirrakomanda li nieħdu mhux aktar minn 5 grammi ta’ melħ kuljum. |
| Huwa | għalhekk importanti li s-soċjetà kollha tieħu din l-inizjattiva bis-serjetà biex tibda tnaqqas il-melħ waqt it-tisjir kemm fid-djar kif ukoll fl-industrija tal-ikel. Il-pubbliku ukoll huwa mħeġġeġ sabiex ma jżidx iktar melħ speċjalment ma’ ċertu tip ta’ ikel għaliex dan ikun fih diġà ammont ta’ melħ. |
| Din | l-inizjattiva hija bbażata fuq il-prijoritajiet li ġew proposta fil-White Paper fuq l-Istrateġija Ewropea fuq in-Nutrizzjoni, il-Piż Għoli u l-problemi assoċjati mal-Obeżità. Din l-inizjattiva tgħinna nkomplu l-għan bħala Dipartiment tas-Saħħa - nipprevenu dan il-mard billi jitnaqqas il-melħ żejjed fl-ikel tagħna ta’ kuljum. F’dan il-każ ukoll nieklu inqas minn dak it-tip ta’ ikel li għandu livell għoli ta’ melħ u iktar minn dak l-ikel li għandu ammont żgħir ta’ melħ. |
| Dan | huwa l-ewwel pass li qegħdin nagħmlu illum. Flimkien ma’ dan it-tagħrif fuq il-melħ fl-ikel u s-saħħa għal pubbliku ġenerali, se nibdew naħdmu ukoll mal-industrija biex flimkien nibdew nippruvaw inbaxxu l-ammont ta’ melħ f’dak l-ikel li nixtru. B’hekk il-poplu Malti jkun jista’ jixtri u jiekol ikel li huwa diġà baxx fil-melħ. B’dan il-mod il-Maltin ikunu jistgħu jieħdu gost b’ ikel b’ togħma tajba mingħajr wisq melħ u fl-istess waqt iħarsu saħħithom. |
| Nixtieq nirringrazzja lilkom li ġejtu hawnhekk | illum biex tgħinuna nwasslu dan il-messaġġ lill-pubbliku ġenerali u nisperaw li nkomplu naħdmu fuq din l-inizjattiva biex nużaw biss niskata melħ biex ngħinu lil Maltin u l-Għawdxin igawdu s-saħħa tagħhom! |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984