STQARRIJA MILL-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment
PR0162
03/02/2009
| Storja ta’ suċċess oħra fis-servizzi | finanzjarji: Northway Finance tkabbar l-ispazju tagħha u żżid l-impjiegi għall-125 |
| Storja oħra ta’ suċċess. Hekk | iddeskriva l-istorja relattivament qasira f’pajjiżna tal-kumpanija tas-servizzi finanzjarji Northway Financial, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-estensjoni tal-uffiċji tagħha f’Tas-Sliema. |
| Il-kumpanija Northway Financial, | li hija membru ta’ NDG Financial Corporation kienet inawgurat l-ewwel uffiċċji tagħha f’Malta tliet snin ilu u impjegat sitta min-nies, filwaqt li n-negozju tagħha kien immirat lejn konsumaturi fl-Istati Uniti. Fi żmien tliet snin, din il-kumpanija żiedet in-numru ta’ impjegati tagħha għal 125 u espandiet f’żewġt iswieq kbar oħra, ir-Renju Unit u l-Awstralja. F’dan il-perjodu, il-kumpanija rrappurtat żieda fil-bejgħ ta’ 30% u issa qed tħejji biex tespandi wkoll fis-swieq tal-Unjoni Ewropea. |
| Il-Ministru Tonio Fenech esprima | s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-aħbar għaliex kienet qed twassal tifsira doppja. L-ewwlnett, turi li pajjiżna jinsab fit-triq it-tajba biex jikseb l-objettivi tiegħu fuq tul ta’ żmien, fil-kuntest tal-impenn ta’ Viżjoni 2015 li Malta ssir ċentru tal-eċċellenza reġjonali fis-servizzi finanzjarji sal-2015. |
| Fl-istess ħin, aħbar bħal din | turi li minkejja kriżi finanzjarja u ekonomika ta’ proporzjonijiet storiċi, Malta għadha qed tattira l-investiment u toħloq ix-xogħol u l-ġid, u qed tagħmel dan saħansitra f’wieħed minn dawk is-setturi, is-servizzi finanzjarji, li kien fost l-aktar milquta miċ-ċirkostanzi internazzjonali. |
| Tonio Fenech spjega kif din hija | r-riżultat kemm tal-ambizzjoni u l-viżjoni tal-imprendituri wara din l-intrapriża iżda wkoll riflessjoni tal-iżviluppi li saru fuq livell nazzjonali. F’dan il-kuntest, huwa spjega kif il-Gvern wieġeb għall-bidliet fix-xenarju kummerċjali internazzjonali u stabbilixxa leġislazzjoni u standards li joffru lill-investituri u l-imsieħba kummerċjali l-aqwa ambjent possibbli fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea u ż-żona ewro kkumplimentaw din il-viżjoni tal-Gvern. |
| Importanti wkoll, sostna | l-Ministru Fenech, hija d-disponibilità ta’ ħaddiema kwalifikati f’dan il-qasam. Huwa nnota kif in-numru ta’ impjegi fis-settur tas-servizzi finanzjarji issa qabeż is-7,000 impjieg. Għalhekk, huwa faħħar il-fatt li l-industrija qed taħdem fil-qrib mal-istituzzjonijiet edukattiva biex tiżgura li tibqa’ tattira l-kwalità meħtieġa ta’ ħaddiema fuq medda twila ta’ żmien. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984