Left arrow Go Back

RAPPORT DWAR IL-ĦIDMA U L-ATTIVITAJIET  TAL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA 2008

PR0160
Date Icon 02/02/2009
L-Awditur Ġenerali ppreżentalid-Deputat Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Onor. Carmelo Abela, MP, ir-Rapport Annwali dwar il-Ħidma u l-Attivitajiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għas-sena 2008.
Ir-Rapport jibda billi jagħmelreferenza għall-ġurament tal-ħatra li ħadu l-Awditur Ġenerali u d-Deputat tiegħu fis-7 t’ Awwissu 2008.  Ir-rapport  jiddeskrivi r-rwol tal-Uffiċċju u d-diversi tipi ta’ xogħlijiet ta’ verifika li jsiru.  Dawn huma relatati sew ma’ verifika ta’ regolarità, verifika fuq l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija ta’ ċerti attivitajiet governattivi, inkjesti, kif ukoll verifika ta’ natura ta’ Teknoloġija Informatika.
Ir-Rapport jiddeskrivir-relazzjonijiet li għandu ma’ żewġ Kumitati tal-Kamra tar-Rappreżentanti.  Dawn huma l-Kumitat Permanenti Dwar il-Fondi Pubbliċi, li fis-seduti tiegħu jiġu ġeneralment diskussi punti mqajma fir-Rapporti tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika; kif ukoll il-Kumitat tal-Kontijiet dwar dan l-istess Uffiċċju.  Dan jiddiskuti l-kontijiet tal-Uffiċċju, li jkunu ġew verifikati mill-awdituri privati mqabbda mill-Kumitat, kif ukoll l-Estimi tal-fondi li l-Awditur Ġenerali jħoss li jkollu bżonn biex jilħaq il-mandat tiegħu.
Hemm referenza wkollgħall-Kodiċi ta’ Etika tal-NAO u l-linji ta’ gwida li bihom il-membri tal-Uffiċċju jwettqu l-ħidma tagħhom u jkunu obbligati jsegwu.  Hemm dettalji wkoll dwar l-istruttura tal-organizzazzjoni tal-NAO, u jħares lejn l-iżvilupp li kien hemm f’dak li huwa reklutaġġ tal-istaff, kwalifiki, u l-attivitajiet ta’ taħriġ li saru lokalment.
Ir-relazzjonijietinternazzjonali ma’ Istituzzjonijiet Nazzjonali tal-Verifika, inkluża l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u organizzazzjonijiet oħra barranin huma wkoll spjegati fid-dettall.  Ir-Rapport fih ukoll informazzjoni dwar laqgħat li fihom ipparteċipaw impjegati tal-Uffiċċju barra minn Malta biex ikunu jistgħu jsaħħu l-kompetenzi professjonali tagħhom.  Hemm ukoll aċċenn għall-parteċipazzjoni f’kumitati barranin dwar suġġetti li għandhom x’jaqsmu mal-verifika.
L-Awditur Ġenerali jikkonkludibilli jagħmel referenza għall-bidliet li qed isiru mill-Uffiċċju, għall-isfidi li qed jiltaqa’ magħhom, kif ukoll l-intenzjoni li jkompli jsaħħaħ l-attivitajiet u x-xogħlijiet tal-Uffiċċju.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow